Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Frar 2015 – Pangyrus vs UASI – RSVP Design (COLOURBLIND)

(Kawża T-257/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali COLOUBLIND – Sinjal verbali COLOURBLIND – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ użu fil-ħajja kummerjċali ta’ sinjal li l-portata tiegħu hija biss lokali – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pangyrus Ltd (York, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Clubb, solicitor, u M. Lindsay, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: RSVP Design Ltd (Brookfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Blair, sussegwentement minn J. MacKenzie, solicitors)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Marzu 2011 (Każ R 751/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pangyrus Ltd u RSVP Design Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Pangyrus Lts hija kkundannata għall-isp

ejjeż.