Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2008 - Schräder vs Is-CPVO - Hansson (Sumost 01)

(Kawża T-177/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ralf Schräder (Lüdinghausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Leidereiter u W.-A. Schmidt, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Jørn Hansson (Søndersø, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell tal-konvenuta ta' l-4 ta' Diċembru 2007 (Każ A 005/2007);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal drittijiet tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti: ir-rikorrent

Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti kkonċernata: "Sumost 01" (applikazzjoni għall-għoti ta' dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti Nru 2001/1758)

Proprjetarju tad-dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Jørn Hansson

Dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: "Lemon Symphony"

Deċiżjoni ta' l-Uffiċċju tal-Komunità ta' Varjetajiet ta' Pjanti kkontestata quddiem il-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal dritt tal-Komunità tal-varjetajiet ta' pjanti

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati:

Ksur ta' l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 1239/95 1, billi r-rikorrent ma ġiex mistieden debitament għall-proċedura orali;

Ksur ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 2, safejn id-deċiżjoni hija bbażata fuq motivi u dokumenti li fuqhom ir-rikorrent ma setax jesprimi ruħu;

Ksur ta' l-Artikolu 81(2) u ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 minħabba l-allegata parzjalità ta' membru tal-persunal tal-konvenut li d-dikjarazzjonijiet tiegħu għenu fl-għoti tad-deċiżjoni;

Ksur ta' l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1239/95, fin-nuqqas ta' deċiżjoni uffiċjali fuq il-miżura istruttorja sabiex jinstema' membru tal-persunal tal-konvenut;

Ksur ta' l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 għal evalwazzjoni insuffiċjenti u żbaljata tal-fatti li jirrigwardaw il-karattru distintiv;

Ksur ta' l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 minħabba l-allegata parzjalità ta' membru tal-Bord ta' l-Appell.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1239/95, tal-31 ta' Mejju 1995, li jistabbilixxi r-regoli ta' implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU. L 121, p. 37).

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta' Lulju 1994, dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (ĠU L 227, p. 1).