Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-11 ta' Mejju 2012 - A. Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet
(Kawża C-222/12)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A. Karuse AS
Konvenut: Politsei- ja Piirivalveamet
Domanda preliminari
L-espressjoni "b'konnessjoni [...] mal-manutenzjoni [...] tat-toroq", użata fid-definizzjoni tad-deroga awtorizzata mill-Artikolu 13(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi t-trakkijiet tat-tip 'dumper', li jimxu bil-magna tagħhom stess u b'piż massimu ta' 25.5 tunnellata, li jkunu qegħdin jittrasportaw, billi jużaw it-triq pubblika, iż-żrar mill-barriera sal-post fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni tat-toroq?
____________1 - Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1).