Language of document : ECLI:EU:T:2005:436

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (Il-Ħames Awla)

6 ta' Diċembru 2005(*)

"Kompetizzjoni – Kartelli – Multa – Linji ta' gwida għall-kalkolu ta' l-multi – Kapaċità effettiva ta' l-attur ta' ksur li toħloq dannu importanti għall-operaturi l-oħra – Ċirkostanzi mitiganti – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni"

Fil-kawża T‑48/02

Brouwerij Haacht NV, stabbilita f'Boortmeerbeek (Il-Belġju), irrappreżentata minn Y. van Gerven, F. Louis u H. Viaene, Avukati, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn A. Bouquet u W. Wils, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

li għandha bħala suġġett talba għal annullament u, sussidjarjament, għat-tnaqqis fl-multa imposta fuq ir-rikorrenti bl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/569/KE, tal-5 ta' Diċembru 2001, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ IV/37.614/F3 PO/Interbrew u Alken-Maes) (ĠU 2003, L 200, p. 1),

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (Il-Ħames Awla),

komposta minn M. Vilaras, President, E. Martins Ribeiro u K. Jürimäe, Imħallfin,

Reġistratur: J. Plingers, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-9 ta' Diċembru 2004,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Il-kuntest ġuridiku

1       Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel regolament li jimplimenta l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 1962, 17, p. 204), fl-Artikolu 15(2) jipprovdi li :

"Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi fuq l-intrapriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi multi li jibdew minn 1000 sa 1 000 000 unit ta' rendikont, jew somma li taqbeż dan iżda li ma taqbiżx 10% tat-turnover fis-sena ta' negozju preċedenti ta' kull impriża li tkun qed tipparteċipa fil-ksur fejn, jew intenzjonalment jew b'negliġenza :

a)      dawn jiksru l-Artikolu 85(1) jew l-Artrikolu 86 tat-Trattat, jew

b)      dawn jikkommettu ksur ta' obbligazzjoni imposta in segwitu ta' l-Artikolu 8(1).

Fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkonsidrati kemm il-gravità kif ukoll id-dewmien tal-ksur."

2       Il-linji ta' gwida għall-kalkolu ta' l-multi imposti b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u ta' l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU 1998, C 9, p. 3, iktar 'il quddiem il-"linji ta' gwida") jistabbilixxu metadoloġija applikabbli għall-kalkolu ta' l-ammont ta' l-imsemmija multi, "li tibbaża fuq id-determinazzjoni ta' ammont ta' bażi li jista' jiżdied sabiex jingħata kont taċ-ċirkostanzi aggravanti u jista' jitnaqqas minħabba ċirkustanzi mitiganti" (it-tieni paragrafu tal-linji ta' gwida). Skond l-istess linji ta' gwida, "dan l-ammont ta' bażi huwa determinat skond il-gravità u d-dewmien tal-ksur, l-uniċi kriterji fl-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17" (punt 1 tal-linji ta' gwida,).

3       Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna n-nuqqas ta' impożizzjoni jew tnaqqis ta' multi fl-ammont tagħhom fil-każijiet dwar kartelli (ĠU 1996, C 207, p. 4, iktar 'il quddiem il-"komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni") "tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom l-intrapriżi li jikkooperaw mal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha fuq kartell jistgħu jiġu eżenti mill-multa jew jibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa li kieku kien ikollhom iħallsu" (punt A 3 tal-komunikazzjoni).

4       Il-punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni jgħid hekk:

"D. Tnaqqis sinifikattiv tal-multa

1.      Meta intrapriża tikkopera mingħajr ma tkun issodisfat il-kundizzjonijiet kollha fil-[punti] B u C , hi tibbenefika minn tnaqqis ta' 10 sa 50% tal-multa li kienet ġiet imposta fuqha li kieku naqset milli tikkoopera.

2.      Dan ikun il-każ jekk:

–       qabel tintbgħat komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, intrapriza tgħaddi lill-Kummissjoni informazzjoni, dokumenti jew elementi oħra ta' prova li jikkontribwixxu sabiex jikkonfermaw il-ksur,

–       wara li tkun irċeviet komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, l-intrapriża tinforma lill-Kummissjoni li hi ma tikkontestax is-sustanza tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża l-akkużi tagħha."

 Fatti li taw lok għal kawża

5       Fl-1999, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni, taħt in-numru tal-każ IV/37.614/F3, fir-rigward ta' ksur tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-birra belġjana.

6       Fid-29 ta' Settembru 2000, fil-kuntest ta' l-imsemmija investigazzjoni, il-Kummissjoni bdiet il-proċeduri u adottat ilmenti kontra r-rikorrenti kif ukoll kontra l-intrapriżi Interbrew NV (iktar 'il quddiem "Interbrew"), Groupe Danone (iktar 'il quddiem "Danone"), Brouwerijen Alken-Maes NV (iktar 'il quddiem "Alken-Maes") u NV Brouwerij Martens (iktar 'il quddiem "Martens"). Il-proċedura miftuħa kontra ir-rikorrenti u komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijieti li ġiet indirizzati lilha kienu esklussivament dwar l-implikazzjoni preżunta tagħha f'kartell tal-birra mibjugħa fil-Belġju bit-trademark tad-distributur.

7       Fil-5 ta' Diċembru 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2003/569/KE dwar il-proċedura ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (kawża IV/37.614/F3 PO/Interbrew u Alken-Maes) (ĠU 2003, L 200, p. 1), fir-rigward tar-rikorrenti kif ukoll ta' l-intrapriżi Interbrew, Danone, Alken-Maes u Martens (iktar 'il quddiem id-deċiżjoni kkontestata").

8       Id-deċiżjoni kkontestata tikkonstata żewġ tipi ta' ksur distinti tar-regoli tal-kompetizzjoni, li huma, minn naħa waħda, ġabra kumplessa ta' kartell u/jew ta' prattiċi mifthema fil-qasam tal-birra mibjugħa fil-Belġju (iktar 'il quddiem kartell Interbrew/Alken-Maes") u, min-naħa l-oħra, prattiċi mifthema fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur (iktar 'il quddiem kartell dwar il-birra mibjugħa fis-suq tad-distributur") (deċiżjoni kkontestata, Artikolu 3). Id-deċiżjoni kkontestata tikkontesta li Danone Danone, Alken-Maes u Interbrew ipparteċipaw fl-ewwel ksur, Alken-Maes, Interbrew u Martens ipparteċipaw fit-tieni wieħed.

9       Il-ksur li bih hija akkużata r-rikorrenti jikkonsisti fil-parteċipazzjoni ta' din ta' l-aħħar fi prattika mifthema li tirrigwarda l-prezzijiet, il-qsim tal-klijenti u l-iskambju ta' 1997informazzjoni fil-qasam tal-birra mibjugħa fil-Belġju bit-trademark tad-distributur, fil-perijodu bejn id-9 ta' Ottubru sas-7 ta' Lulju 1998.

10     Peress li ħafna elementi flimkien wassluha għall-konklużjoni li l-ksur imsemmi iktar 'il fuq kien waqaf, il-Kummissjoni ma ħassitx li kien neċessarju li tobbliga lill-intrapriżi kkonċernati jtemmu l-ksur bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 17.

11     Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ikkunsidrat li huwa tajjeb li timponi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 15(2), tar-regolament Nru 17, multa fuqInterbrew, fuq Alken-Maes, fuq ir-rikorrenti u fuq Martens għal parteċipazzjoni tagħhom f'dan il-ksur.

12     F'dan ir-rigward, fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni irrilevat, , li l-parteċipanti kollha fil-kartell tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur wettqu dan il-ksur deliberatament.

13     Għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi li kellhom jiġu imposti, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, applikat il-metodu definit fil-linji ta' gwida kif ukoll fil-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

14     Fil-premessa 335 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li koordinazzjoni orizzontali fuq il-prezzijiet u l-qsim tas-suq minnha innifisha kienet tikkostitwixxi, minnhom infushom, ksur gravi ħafna u li l-iskambju ta' l-informazzjoni kien istrument intiż sabiex jimplimenta din il-koordinazzjoni.

15     Fil-premessa 337 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li, fir-rigward ta' l-impatt fuq is-suq, kellu jiġi indikat li l-prattiċi sigrieti differenti tal-partijiet kienu jipprovdu qsim tal-klijenti u, fl-aħħar, għall-iffissar ta' prezzijiet għola minn dak li kienu jkunu taħt kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni libera. Il-Kummissjoni irrikonoxxiet ukoll li hi ma kellhiex prova, ħlief għal eċċezzjoni waħda, li l-koordinazzjoni wasslet lill-intrapriżi involuti sabiex jadattaw l-imġieba tagħhom fuq is-suq, iżda huwa ċar li, waqt il-laqgħat organizzati fil-kuntest tal-kartell fuq it-trademark tad-distributur, kien hemm diskussjoni dwar il-qsim tal-klijenti u l-prezzijiet u li informazzjoni ġiet skambjata f'dan ir-rigward. Hija kkunsidrat li, il-fatt li l-birreriji Belġjani x'iktarx skambjaw informazzjoni li tikkonċerna l-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur fil-Belġju darba biss, ma jnaqqas xejn mis-serjetà ta' dawn il-prattiċi, peress li biex jintlaħaq l-għan ta' din il-koordinazzjoni – li ma jsirux offerti ta' prezzijiet għall-kuntratti ta' l-imsieħba sabiex tiġi evitata ġlieda fuq il-prezzijiet – ma kienx hemm bżonn li jsir skambju ta' informazzjoni f'mod regolari. Il-Kummissjoni indikat li dan ma kienx jawtorizzha li tikkonkludi purament u sempliċiment li l-kartell ma kellux, bħala tali, ebda impatt jew impatt żgħir fuq is-suq.

16     Fil-premessa 338 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ppreċiżat li, fir-rigward tad-daqs tas-suq ġeografiku rilevanti, hi tieġu in premessa l-fatt li filwaqt li l-laqgħat ċertament jirrigwardaw, it-territorju kollu Belġjan, huma kienu llimitati għall-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li kienet tirrapreżenta 5.5% tat-total tal-konsumazzjoni Belġjana tal-birra.

17     Il-Kummissjoni ikkonkludiet, fil-premessa 339 tad-deċiżjoni kkontestata li, f'dan il-kuntest, hi tikkunsidra li l-ksur jikkostitwixxi ksur gravi ta' l-Artikolu 81(1),KE.

18     Fil-premessa 340, il-Kummissjoni indikat li kellha tieħu in premessa, għad-determinazzjoni tal-multa, il-kapaċità ekonomika effettiva ta' l-atturi tal-ksur li taffetwa gravament il-kompetizzjoni u kellha tiffissa l-multa fuq livell li jassiguralha effett dissważiv. Fil-premessa 341 tad-deċiżjoni kkontestata hi żiedet tgħid li għalhekk hu neċessarju, sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni l-possibiltà effettiva ta' l-intrapriżi involuti li joħolqu dannu kbir fis-suq Belġjan tal-birra, u b'mod partikulari fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li tiġi stabbilita distinzjoni bejn l-intrapriżi differenti li pparteċipaw fil-ksur. Il-Kummissjoni ippreċiżat li hija iddistigwiet żewġ kategoriji ta' intrapriżi billi kkunsidrat tal-fatturat milħuq mill-intrapriżi differenti fil-qasam tat-trademarks tad-distributur,. Ir-rikorrenti u Martens, li laħqu l-għola fatturat fis-settur tat-trademarks tad-distributur, li joħorġu mill-ewwel kategorija. Interbrew u Alken-Maes, li kienu laħqu fatturat ħafna inqas importanti f'dan is-settur, waqgħu bit-tieni kategorija.

19     Fil-premessa 342 tad-deċiżjoni kkontestata, meta wieħed jikkunsidra ta' l-elementi preċedenti, il-Kummissjoni iddeċidiet li kien xieraq li timponi multi bl-ammont ta' EUR 3000 000 fuq ir-rikorrenti u Martens, minn naħa, u ta' l-ammont ta' EUR 250 000 għal Interbrew u Alken-Maes, min-naħa l-oħra.

20     Sabiex l-multa tkun dissważiva biżżejjed u sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li Interbrew u Alken-Maes, bħala intrapriżi internazzjonali jew li jappartjenu għal grupp internazzjonali, li ma kienx il-każ tar-rikorrenti u ta' Martens, kellhom aċċess iktar faċli għal konoxxenzi u l-infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li ppermettewlhom jevalwaw aħjar in-natura tal-ksur ta' l-imġieba tagħhom u l-konsegwenzi li jsegwu mill-aspett tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni qieset, fil-premessa 343 tad-deċiżjoni kkontestata, li kellha li taġġusta l-ammont bażiku tal-multa ta' Interbrew u ta' Alken-Maes. Fil-premessa 344 tad-deċiżjoni kkontestata il-Kummissjoni indikat li, meta jiġi kkunsidrat id-daqs tagħhom u tar-riżorsi kollha rispettivi tagħhom, l-ammont tal-multa ta' EUR 250 000 determinat għal Interbrew u Alken-Maes għandu jiġi mmultiplikat għal ħames darbiet għal Interbrew u għal darbtejn għal Alken-Maes rispettivament.

21     Fil-premessa 345 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni sostniet li d-dewmien tal-ksur kien ta' disa' xhur, li ma ġiex ikkontestat mill-ebda waħda mill-partijiet, u li dan ma kienx jiġġustifika ebda żieda fil-multa.

22     Fil-premessa 347 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat li kien ġie stabbilit li Interbrew u Alken-Maes kienu ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw laqgħat fir-rigward tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur u kien jeħtieġ, meta tittieħed kunsiderazzjoni ta' din iċ-ċirkustanza aggravanti, li jiżdied l-ammont ta' bażi tal-multa bi 30 % fil-każ ta' Interbrew u ta' Alken-Maes.

23     Għall-kuntrarju l-Kummissjoni ma sabet l-ebda ċirkustanza mitiganti, u l- argumenti kollhainvokati għal dan il-għan ġew miċħuda fil-premessi 348 sa 354 tad-deċiżjoni kkontestata. Madankollu huwa importanti li jissemma li fil-premessa 357 tad-deċiżjoni kkontestata, mill-Kummissjoni kkunsidrat li ma kien hemm ebda raġuni li tittieħed in kunsiderazzjoni, għal kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, iċ-ċirkustanza li l-ammont tal-fatturat li hi laħqet fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur kien jikkostitwixxi parti żgħira biss mill-fatturat totali tagħha. Il-Kummissjoni fakkret li l-gravità u d-dewmien tal-ksur huma l-elementi ta' bażi għall-kalkolu tal-multa u li hi, fil-passat, ikkalkulat il-multi billi bbażat fuq rata ta' bażi li tikkorispondi ma' ċertu persentaġġ tal-fatturat ikkonċernat, l-uniċi limiti imposti fuq il-libertà ta' l-għażla tal-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multi skond l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17, u konsistenti mal-livelli legali msemmija f'din id-dispożizzjoni. Il-Kummissjoni żiedet tgħid li, għall-kumplament, hija kienet ġadet in kunsiderazzjoni kif xieraq, għal finijiet ta' l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, l-importanza ekonomika ta' l-attività milquta minn dan il-ksur.

24     Il-Kummissjoni wara rrilevat, fil-premessa 355 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-intrapriżi kollha ivoluti fil-kartell kienu invokaw il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

25     Fir-rigward ta' Interbrew, il-Kummissjoni kkonstatat li hi ma setgħetx tippretendi li jkun hemm "tnaqqis kbir" ta' l-ammont tal-multa tagħha fis-sens tal-punt C tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, peress li hi ħadet l-inizjattiva tad-diskussjonijiet li jikkonċernaw it-trademarks tad-distributur. Madankollu, il-Kummissjoni rrilevat li Interbrew kixfet l-eżistenza ta' prattika mifthema f'mument meta hi kienet qed tinjora għal kollox dan il-każ, li hi tat l-assistenza tagħha, mingħajr interruzzjoni u mingħajr riżerva, matul l-investigazzjoni kollha u li hi ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur f'għajnejn il-Kummissjoni. Bis-saħħa tal-punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk naqqset l-ammont tal-multa imposta fuq Interbrew b' 50%.

26     Fir-rigward ta' Alkens-Maes, il-Kummissjoni rrilevat li hi ma kinitx ikkontestat il-materjalità tal-fatti li skond hi jikkostitwixxu, il-kartell tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, iżda l-kooperazzjoni tagħha ma kinitx tmur oltre s-sempliċi risposta għat-talba għal-informazzjoni li l-Kummissjoni indirizzatilha fit-22 ta' Marzu 2000, skond l-Artikolu 11(1), tar-Regolament Nru 17. Il-Kummissjoni, konsegwentement, qieset li kien f'loku li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq Alken-Maes b'10% fuq il-bażi tat-tieni inċiż tal-punt D 2, ,tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

27     Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni indikat li hi ma kinetx, fis-sens tagħha, ikkontestat il-materjalità tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur, imma l-informazzjoni li hi għaddiet lilha ma kinitx tmur oltre r-risposta għad-domanda għall-informazzjoni li l-Kummissjoni indirizzatha biha fit-22 ta' Marzu 2000, skond l-Artikolu 11(1), tar-Regolament Nru 17. Għalhekk il-Kummissjoni iddeċidiet li kien f'loku li tnaqqas l-ammont ta' l-multa imposta fuq ir-rikorrenti b'10% fuq il-fondat ta' punt D 2, it-tieni inċiż, tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

28     Fl-aħħar, fir-rigward ta' Martens, il-Kummissjoni mall-ewwel irrivelat, li fit-tweġiba tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet hi kienet ikkontestat, l-eżistenza tal-ksur bħal dak deskritt minn din ta' l-aħħar, wara, li l-informazzjoni li hi bagħtet lill-Kummissjoni qabel ma ntbagħtet il-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet ma kinitx tmur oltre r-risposta għat-talba għal-informazzjoni li l-Kummissjoni indirizzatilha biha fit-22 ta' Marzu 2000, skond l-Artikolu 11(1), tar-Regolament Nru 17, u, fl-aħħar, li d-dokumenti li hi tat lill-Kummissjoni wara li ntbagħtet il-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet kienu biss isostnu il-motivi tad-difiża tagħhom jew kienu jindikaw l-eżistenza eventwali ta' ksur ieħor tar-regoli ta' kompetizzjoni, ċirkostanzi li ma setgħux iwasslu għal tnaqqis ta' l-multa. Madankollu l-Kummissjoni nnotat li Martens bil-kooperazzjoni tagħha għinet biex jiġi aċċelerat l-andament tal-proċedura li kien xieraq tnaqqas l-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuq Martens b'10%, skond punt D tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

29     Il-parti operattiva tad-deċiżjoni kkontestata hija fformulta bil-mod segwenti:

«Artikolu 3

[Interbrew], [Alken-Maes], [ir-rikorrenti] u [Martens] kisru l-Artikolu 81(1), [KE], billi ipparteċipaw fi prattika mifthema li tirrigwarda il-prezzijiet, il-qsim bejniethom tal-klijenti u l-iskambju ta' informazzjoni, fil-qasam tal-birra mibjugħa fil-Belġju bit-trademark tad-distributur, u dan waqt il-perijodu bejn id-9 ta' Ottubru 1997 u s-7 ta' Lulju 1998.

Artikolu 4

L-multi li ġejjin ġew imposti fuq [Interbrew], [fuq Alken-Maes], [fuq ir-rikorrenti] u [fuq Martens], minħabba l-ksur stabbilit fl-Artikolu 3:

a)      fuq[Interbrew] : multa ta' EUR 812 000 ;

b)      fuq [Alken-Maes] : multa ta' EUR 585 000 ;

c)      fuq ir-[rikorrenti] : multa ta' EUR 270 000 ;

d)      fuq [Martens] : multa ta' EUR 270 000.

[…] "

 Proċedura u talbiet tal-partijiet

30     Bir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fis-27 ta' Frar 2002, ir-rikorrenti bdiet din il-kawża.

31     Fuq bażi tar-rapport ta' l-imħallef relatur, il-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) iddeċiediet li tiftaħ il-proċedura orali. Il-partijiet semmgħu it-talbiet tagħhom u taw ir-risposti għad-domandi li sarulhom mill-Qorti tal-Prim'Istanza waqt is-seduta tad-9 ta' Diċembru 2004.

32     Waqt is-seduta, il-Qorti tal-Prim'Istanza ordnat lill-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 64(3), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, sabiex tipproduċi ċerti dokumenti f'ċertu terminu. F'dan il-kuntest u sabiex jippermetti lill-partijiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq l-imsemmija dokumenti, waqt is-seduta il-President tal-Ħames Awla ddeċieda, li jissospendi fl-egħluq tal-proċedura orali.

33     Il-Kummissjoni aġixxiet fuq it-talba tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tipproduċi d-dokumenti speċifikati waqt is-seduta fit-terminu stipulat.

34     Fl-14 ta' Marzu 2005, ir-rikorrenti ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub fuq dawn l-imsemmija dokumenti. Fl-10 ta' Mejju 2005, il-Kummissjoni ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub għal dawk ippreżentati mir-rikorrenti fl-14 ta' Marzu 2005.

35     Il-president tal-Ħames Awla għalaq il-proċedura orali fl-10 ta' Mejju 2005. Il-partijiet ġew infurmati b'dan b'ittra tat-30 ta' Ġunju 2005.

36     Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

–       tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jimponi fuqha multa ta' EUR 270 000, u, sakemm hu bżonnjuż, tiddeċiedi li ma timponi l-ebda multa u, taħt titolu sussidjarjament, tnaqqas b'mod sensibbli l-ammont tal-multa imposta;

–       tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

37     Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

–       tiċħad ir-rikors;

–       tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

 Id-dritt

38     Bħala sostenn għar-rikors tagħha, ir-rikorrenti qajmet tliet motivi. L-ewwel motiv, magħmul taħt titolu prinċipali, huwa bbażat fuq ksur ta' l-obbligu li jingħataw il-motivazzjonijiet, li jirriżulta mill-Artikolu 253 KE kif ukoll mill-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida minħabba premessa ħażina tal-kapaċità ekonomika effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi. It-tieni motiv, li mqajjem taħt titolu sussidjarju huwa bbażat fuq ksur, tal-linji ta' gwida u ta' l-obbligu ta' motivazzjoni rispettivament, minħabba premessa ħażina tar-rwol interpretat mir-rikorrenti f'dan il-kartell. It-tielet motiv, ukoll imqajjem taħt titolu sussidjarju, huwa bbażat fuq ksur tal-komunikazzjoni tal-kooperazzjoni u fuq il-prinċipju ta' trattament ugwali.

 Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta' motivazzjoni kif ukoll ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida minħabba premessa ħażina tal-kapaċità ekonomika effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi

39     Il-motiv huwa ppreżentat f'żewġ punti. Fl-ewwel punt, ir-rikorrenti ssostni li, billi tastjeni milli tiddefinixxi is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur bħal mhuwa s-suq f'din il-kawża, il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni li hi għandha. Fit-tieni punt, hi ssostni li, ikun xi jkun is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur li kien jikkostitwixxi s-suq f'din il-kawża, huwa ksur ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida li l-Kummissjoni kkunsidrat il-kapaċità ekonomika effettiva tagħha bħala waħda li toħloq dannu kbir lill-operaturi oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi.

 Fuq l-ewwel punt, ibbażat fuq ksur l-obbligu ta' motivazzjoni minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni tas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur bħas-suq fil-kawża

–       Argumenti tal-partijiet

40     Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tatx definizzjoni tas-suq fil-kawża, kundizzjoni indispensabbli sabiex tiġi meqjusa s-saħħa fuq is-suq u tiġi determinata l-kapaċità ekonomika effettiva ta' l-atturi tal-ksur li joħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra.

41     L-analiżi li saret mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tippermetti li jiġi konkluż li s-settur ta' bejgħ tal-birra bit-trademark tad-distributur kien jikkostitwixxi suq distint minn dak tas-suq ġenerali tal-birra fil-Belġju, li fuqu ir-rikorrenti u Martens kienu protetti mill-pressjoni tal-kompetizzjoni eżerċitata mill-akbar żewġ atturi tas-suq tal-birra Belġjana, jiġifieri Interbrew u Alken-Maes. Isegwi li, fin-nuqqas ta' definizzjoni tas-suq fil-kawża, il-Kummissjoni ma kinitx iġġustifikata li tikkunsidra l-kapaċità ekonomika effettiva tar-rikorrenti bħala waħda li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, b'rigward biss tal-fatturat li hi irrealizzat fuq is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur.

42     Isegwi minn dan il-lat, li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta' motivazzjoni li hi għandha bis-saħħa ta' l-Artikolu 253 KE.

43     Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument u ssostni li hi issodisfat kompletament l-eżiġenza ta' motivazzjoni li hi għandha fil-materja ta' l-multi.

–       Il-premessajiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

44     Fir-rigward tar-rikorsi diretti kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multi fuq intrapriżi għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha kompetenza doppja. Minn naħa waħda, hi inkarigata li tikkontrolla l-legalità tagħhom, skond l-Artikolu 230 KE. F'dan il-kuntest, għandha, b'mod partikulari, tikkontrolla il-ħarsien ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, previst fl-Artikolu 253 KE, li l-ksur tiegħu jrendi d-deċiżjoni illegali. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Prim'Istanza hija kompetenti li tikkunsidra, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha rikonoxxuta fl-Artikolu 229 KE u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 17, il-karattru approprjat ta' l-ammont tal-multi. Din l-aħħar premessa tista' tiġġustifika l-produzzjoni u t-teħid in premessa ta' l-elementi kumplimentari ta' informazzjoni li t-tismija tagħhom fid-deċiżjoni kkontestata mhux bħal dak rikjest mill-obbligu ta' motivazzjoni previst fl-Artikolu 253 KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 2000, KNP BT vs Il-Kummissjoni, C‑248/98 P, Ġabra p. I‑9641, punti 38 sa 40, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2003, Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, T‑220/00, Ġabra p. II‑2473, punt 215).

45     F'dak li jikkonċerna l-kontroll tar-rispett ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, hemm ġurisprudenza kostanti li tgħid li l-motivazzjonijiet mitluba taħt l-Artikolu 253 KE għandha turi b'mod ċar u inekwivoku ir-raġunament ta' l-istituzzjoni, awtur ta' l-att, b'manjiera li tippermetti lill-interessati li jsiru jafu bil-ġustifikazzjonijiet tal-miżuri meħuda u li tippermetti wkoll lill-qorti kompetenti teżerċità l-kontroll tagħha. L-eżiġenza ta' motivazzjonijiet għandha tiġi evalwata skond iċ-ċirkustanzi tal-każ, b'mod partikulari, il-kontenut ta' l-att, n-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment mill-att jista' jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Mhuwiex neċessarju li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi kollha ta' fatt u ta' dritt rilevanti, safejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta' att li tissodisfa l-eżiġenzi ta' l-Artikolu 253 KE għandhiex tiġi kkunsidrata mhux biss fir-rigward tal-kliem tagħha, imma wkoll fir-rigward tal-kuntest tagħha kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollhali jirrigolaw il-materja kkonċernata (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Marzu 1985, L-Olanda u Leeuwarder Papierwarenfabriek vs Il-Kummissjoni, 296/82 u 318/82, Ġabra p. 809, punt 19; tad-29 ta' Frar 1996, Belġju vs Il-Kummissjoni, C‑56/93, Ġabra p. I‑723, punt 86, u tat-2 ta' April 1998, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, Ġabra p. I‑1719, punt 63 ; sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni punt 44 iktar 'il fuq, punt 216).

46     F'dak li jikkonċerna l-portata ta' l-obbligu ta' motivazzjoni li jikkonċerna l-kalkolu tal-multa imposta minħabba ksur tar-regoli kommunitarji tal-kompetizzjoni, minn naħa waħda, huwa tajjeb li jiġi mfakkar li din għandha tiġi ddeterminata b'rigward għad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17, li jistabbilixxi li "Fl-iffissar ta' l-ammont tal-multa, għandhom jiġu kkonsidrati kemm il-gravità kif ukoll id-dewmien tal-ksur". Issa, l-eżiġenzi tal-formalitajiet sostanzjali li jikkostitwixxu dan l-obbligu għal motivazzjonijietiet huma sodisfatti meta l-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni tagħha, l-elementi ta' premessa li ppermettewlha li tqis il-gravità u d-dewmien tal-ksur (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Novembru 2000, Sarrió vs Il-Kummissjoni, C‑291/98 P, Ġabra p. I‑9991, punt 73, u tal-15 ta' Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P, Ġabra p. I‑8375, punt 463). Min-naħa l-oħra, il-linji ta' gwida, kif ukoll il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, fiha regoli indikattivi fuq l-elementi ta' kunsiderazzjoni li jittieħdu in kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni sabiex tqis il-gravità u d-dewmien tal-ksur (sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 449 iktar'il fuq, punt 217). F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-eżiġenzi tal-formalità sostanzjali li jikkostitwixxu l-obbligu ta' motivazzjoni huma sodisfatti meta l-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni tagħha, l-elementi ta' evalwazzjoni li hi tkun ħadet in kunsiderazzjoni fl-applikazzjoni tal-linji ta' gwida tagħha u, fejn hu neċessarju, tal-komunikazzjoni tagħha fuq il-kooperazzjoni, u li dawn ippermettewlha li tqis il-gravità u d-dewmien tal-ksur sabiex tikkalkula l-ammont tal-multa (sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 44 iktar'il fuq, punt 218).

47     F'dan il-każ, il-Kummissjoni issodisfat dawn l-eżiġenzi.

48     Għandu jiġi stabbilit, fl-ewwel lok, li fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat fatti dettaljati, il-manjiera kif ipproċediet għal kalkolu tal-multi imposti, billi spjegat kull wieħed mill-istadji tar-raġunament tagħha (ara punti 14 sa 28 iktar 'il fuq).

49     Fit-tieni lok, minn naħa waħda, għandu jingħad ukoll li r-rikorrenti kienet irrikonoxxiet il-ksur bl-istess mod kif ġie stabbilit mill-Kummissjoni fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, li wassal li ma tikkontestatx iktar il-fatt li l-kartell kien jikkonċerna esklussivament is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tat-talba tagħha għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa, hi la tikkontesta l-fatt li l-kartell kien jikkonċerna esklussivament is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, u la tikkontesta l-fatturat rispettivament realizzat minn kull intrapriża kkonċernata dan is-settur hekk kif ġie kkwantifikat mill-Kummissjoni, u lanqas il-qsim ta' l-intrapriżi f'żewġ kategoriji, bħal dik li ġie applikat minnha fuq il-bażi tal-fatturat realizzat fuq dan is-settur.

50     Minn dawn l-osservazzjonijiet jirriżulta, minn naħa waħda, li ma jista' jkun hemm ebda dubbju fuq il-fatt li l-ksur li bih qiegħda tiġi akkużata r-rikorrenti, hekk kif stabbilit mill-Kummissjoni, jirrigwarda esklussivament il-bejgħ tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur u, min-naħa l-oħra, huwa preċiżament fir-rigward ta' dan is-settur tas-suq li l-Kummissjoni evalwat l-elementi differenti li hi ħadet in premessa, bis-saħħa tal-linji ta' gwida, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa. Meta għamlet dan, il-Kummissjoni irreferiet ukoll kemm għall-kartell fuq it-trademark tad-distributur jew għall-birra mibjugħa taħt din it-trademark, u kemm għas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur.

51     B'mod partikulari, mill-qari tal-premessi 335 sa 339 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b'mod ċar li l-limitazzjoni ta' l-għan tal-kartell fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur kellha rwol determinanti għall-klassifikazzjoni tal-ksur bħala wieħed gravi, u mhux bħala wieħed gravi ħafna, skond il-paragrafu 2 tal-punt 1A, tal-linji ta' gwida. Il-Kummissjoni, fil-fatt, indikat, fil-premessa 338 tad-deċiżjoni kkontestata, li meta ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li filwaqt li l-laqgħat setgħu kienu jirrigwardaw, it-territorju kollu Belġjan, huma kienu limitati biss għas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li kien jirrappreżenta 5,5% tat-total tal-konsumazzjoni Belġjana tal-birra.

52     Huwa f'dan il-kuntest li hemm lok li tiġi analizzata l-motivazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni tal-premessa li hi għamlet fuq il-kapaċità ekonomika effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu importanti lill-operaturi l-oħra.

53     F'dan ir-rigward, l-ewwel nett jidher, kif sostniet tajjeb il-Kummissjoni, li l-imsemmija premessa kienet biss stadju fost oħrajn fil-proċess għad-determinazzjoni ta' l-ammont ta' bażi tal-multa applikabbli għal kull intrapriża fir-rigward tal-gravità tal-ksur imwettaq, li ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' diversi kriterji.

54     Madankollu, wara li indikat li l-ksur kellu jiġi kkunsidrat bħala wieħed gravi, b'mod partikulari, fir-rigward tal-fatt li hu limitat għas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, il-Kummissjoni ippreċiżat, fil-premessa 341 tad-deċiżjoni kkontestata, li kien xieraq li tagħmel distinzjoni bejn l-intrapriżi li pparteċipaw fil-ksur "sabiex tittieħed in kunsiderazzjoni l-possibiltà effettiva li l-intrapriżi involuti joħolqu dannu kbir fis-suq Belġjan tal-birra, u b'mod partikulari fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur". Għalkemm il-Kummissjoni għamlet referenza għas-"suq Belġjan tal-birra", dak li waqt is-seduta kkkwalifikat, waqt is-seduta, bħala żball fl-abbozzar, jirriżulta madankollu, kemm mill-fatt li hi żiedet "u b'mod partikulari fil-qasam tal-birer mibjugħa bit-trademark tad-distributur" kif ukoll li ħadet in kunsiderazzjoni "fatturat realizzat mill-intrapriżi differenti fil-qasam tat-trademarks tad-distributuri", li hu fir-rigward tas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur li l-Kummissjoni għażlet li tiddistingwi l-grad tar-responsabbiltà relattiva ta' kull intrapriza f'dan il-kartell, billi tevalwa il-kapaċità ekonomika effettiva tagħhom li joħolqu dannu importanti lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, skond ir-raba' paragrafu tal-punt 1 A, tal-linji ta' gwida.

55     Il-fatt li din il-premessa kellha, bħala kuntest ta' referenza, is-settur tal-birra mibjugħa taħt trademark tad-distributur hu biss il-korollarju tal-fatt li l-kunsiderazzjonijiet kollha mressqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur kellhom bilfors jieħdu in premessa l-fatt li l-kartell kien jikkonċerna dan is-settur biss, hekk kif il-Kummissjoni stabbiliet fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, kien ikun mingħajr sens li kieku l-Kummissjoni, minn naħa waħda, tiġu in kunsiderazzjoni l-fatt li l-kartell kien jikkonċerna s-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur sabiex tiddetermina il-karattru tal-gravità skond l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-punt 1 A, , tal-linji ta' gwida u, min-naħa l-oħra, tikkunsidra l-kapaċità ekonomika effettiva ta' l-intrapriżi fil-kawża li joħolqu dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, fuq is-suq ġenerali tal-birra mibjugħa fil-Belġju.

56     Isegwi li r-rikorrenti m'għarfitx tagħmel ilment li l-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu ta' motivazzjoni li hi għandha f'dan ir-rigward, sabiex tiġi evalwata "il-kapaċità ekonomika effettiva tagħha" li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li konsegwentement, min-naħa waħda, fid-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni indikat l-elementi differenti ta' kunsiderazzjoni li ppermettewlha tqis il-gravità tal-ksur u, min-naħa l-oħra, minn dawn l-indikazzjonijiet jirriżulta li l-kunsiderazzjoni li saret mill-Kummissjoni sistematikament ħadet in premessa l-fatt li l-kartell kien jirrigwarda esklussivament fuq is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur.

57     F'kull każ, għall-finijiet tal-valutazzjoni, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tal-linji ta' gwida, tal-"kapaċità ekonomika effettiva" tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, minkejja l-fatt li kien hemm lok li jiġi mifthiem l-argument tar-rikorrenti in sostenn ta' l-ilment dwar ksur tal-Kummissjoni li tiddefinixxi, minn qabel is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur bħala suq distint, huwa tajjeb li jingħad, mill-ewwel, li l-linji ta' gwida ma jeżiġux li l-Kummissjoni tindika b'mod preċiż u formali s-suq ġeografiku rilevanti (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Lulju 2000, Volkswagen vs Il-Kummissjoni, T‑62/98, Ġabra p. II‑2707, punt 341), u lanqas li tippreskrivi metodi speċifiċi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kapaċità effettiva ta' l-atturi tal-ksur ieħor joħolqu dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi. Il-linji ta' gwida lanqas jimponu li tikkunsidra biss l-għażla eventwali tal-Kummissjoni li tevalwa l-imsemmija kapaċità effettiva fuq il-bażi ta' bejgħ rispettiv ta' ta' l-atturi tal-ksur fil-qasam previst minn din ta' l-aħħar, ikollha bħala kundizzjoni indispensabbli, id-demostrazzjoni li s-settur jikkostitwixxi s-suq in kwistjoni.

58     Huwa importanti li jiġi mfakkar, li hi ġurisprudenza kostanti li, fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1), KE is-suq in kwistjoni għandu jiġi definit biex ikun jista' jiġi ddeterminat jekk kartell hux suxxettibbli li jaffettwa l-kummerċ bejn Stati membri u jekk għandux bħala għan jew bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Frar 1995, SPO et vs Il-Kummissjoni, T‑29/92, Ġabra p. II‑289, punt 74; tal-15 ta' Marzu 2000, Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni, magħrufa bħala "Ciment", T‑25/95, T‑26/95, T‑30/95 sa T‑32/95, T‑34/95 sa T‑39/95, T‑42/95 sa T‑46/95, T‑48/95, T‑50/95 sa T‑65/95, T‑68/95 sa T‑71/95, T‑87/95, T‑88/95, T‑103/95 u T‑104/95, Ġabra p. II‑491, punt 1093, u Volkswagen vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar'il fuq, punt 230). Konsegwentement, l-obbligu li tiddefinixxi s-suq in kwistjoni f'deċiżjoni adottata b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE huwa impost fuq il-Kummissjoni biss meta, mingħajr tali definizzjoni, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-kartell, id-deċiżjoni ta' assoċjazzjoni ta' l-intrapriżi jew il-prattika mifthema fil-kawża humiex suxxettibbli li jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri u għandhom bħala għan u bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Diċembru 1998, European Night Services et vs Il-Kummissjoni, T‑374/94, T‑375/94, T‑384/94 u T‑388/94, Ġabra p. II‑3141, punti 93 sa 95 u 105, u Volkswagen vs Il-Kummissjoni, punt 57 iktar'il fuq, punt 230).

59     Għalhekk mhuwiex meħtieġ mill-Kummissjoni li turi l-prodott jew prodotti previsti minn kartell, li għandu għan li jmur kontra l-kompetizzjoni, jikkostitwixxu suq distint għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni ta' wieħed mill-kriterji applikabbli għad-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multa, peress li tali demonstrazzjoni mhix neċessarja sabiex jiġi stabbilit il-ksur nnifsu. Peress li d-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multa għandha tiġi bbażata fuq il-gravità u d-dewmien tal-ksur hekk kif stabbiliti mill-Kummissjoni, l-evalwazzjoni, għal kalkolu tal-multa imposta minħabba l-ksur li seħħ, tal-kapaċità ekonomika effettiva ta' l-atturi li toħloq dannu lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, topera b'referenza għal prodotti oħra apparti dawk li huma s-suġġett tasl-kartell.

60     L-ewwel punt ta' l-ewwel motivi għandu għalhekk jiġi miċħud.

 Fuq it-tieni punt, li hu bbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida minħabba evalwazzjoni ħażina tal-kapaċità effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi

–       Argumenti tal-partijiet

61     Ir-rikorrenti sosniet li, anke jekk – quod non – is-settur tal-bejgħ tal-birra taħt trademark tad-distributur jikkostitwixxi s-suq in kwistjoni, huwa ksur ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 kif ukoll tal-linji ta' gwida li l-Kummissjoni ikkunsidrat li l-kapaċità ekonomika effettiva tagħha li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra fuq dan is-suq kienet akbar minn dik ta' Interbrew u Alken-Maes, meta dawn, is-suq ta' 55% u ta' 15% rispettivament, kellhom pożizzjonijiet b'saħħithom ħafna fuq is-suq ġenerali tal-birra Belġjana. Minkejja l-fatt li fid-data meħuda in premessa fid-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti irrealizzat, fatturat akbar minn dak ta' Interbrew u Alken-Maes, fil-qasam tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, hi kienet gawdiet minn kapaċità ekonomika effettiva ħafna li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra iktar limitata.

62     Dan l-istat ta' fatt huwa manifest, kif joħroġ mid-deċiżjoni kkontestata, mill-fatt li Interbrew u Alken-Maes ħadu l-inizjattiva sabiex isiru erba' laqgħat iddedikati lill-bejgħ bit-trademark tad-distributur, fatt li l-Kummissjoni tinjora deliberatament u li jikkontradixxi l-konklużjoni tagħha li Interbrew u Alken-Maes kienu atturi ta' inqas importanza fis-suq tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur. Għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika effettiva ta' l-atturi tal-ksur li joħolqu dannu kbir lill-operaturi l-oħra fuq dan is-suq, ikun impossibbli li ma titteħidx in kunsiderazzjoni l-kapaċità ekonomika tagħhom fis-suq ġenerali tal-birra. Fil-fatt, mill-kapaċitajiet kbar ta' produzzjoni u grazzi għal mariġini iktar għolja li jidhru mill-bejgħ tagħhom taħt it-trademark propja, Interbrew u Alken-Maes kienu kapaċi li jeżerċitaw pressjoni qawwija fuq ir-rikorrenti u Martens fis-suq ta' bejgħ tal-birra bit-trademark tad-distributur.

63     Il-Kummissjoni ikkontestat l-argument tar-rikorrenti.

–       Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

64     Fir-rigward ta' l-argument sussidjarju, invokat mir-rikorrenti, dwra evalwazzjoni żbaljata tal-kapaċità tagħha effettiva li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, anke jekk is-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur huwa s-suq fil-kawża, huwa tajjeb li mall-ewwel jiġi mfakkar li, għal-finijiet ta' din l-evelwazzjoni, il-Kummissjoni stabbilit, fil-premessa 341 tad-deċiżjoni kkontestata, distinzjoni bejn l-intrapriżi differenti li pparteċipaw fil ksur u qassmithom f'żewġ kategoriji abbażi l-bażi tal-fatturat li huma laħqu fil-qasam tat-trademark tad-distributur.

65     Sussegwentement, hemm lok li jiġi mfakkar (ara punt 49 iktar 'il fuq) li la l-fatturat rispettivament milħuq minn kull intrapriża kkonċernata f'dan is-settur, hekk kif ġew ikkwantifikati mill-Kummissjoni, lanqas il-qsim ta' l-intrapriżi f'żewġ kategoriji, hekk kif sar minnha abbażi ta' l-imsemmija fatturat, ma ġew ikkontestati.

66     Fir-rigward ta' l-argument li l-fatt li Interbrew u Alken-Maes ħadu l-inizjattiva ta' erba' laqgħat iddedikati għal bejgħ bit-trademark tad-distributur tikkontradixxi l-konklużjoni li Interbrew u Alken-Maes kienu atturi ta' importanza inferjuri fuq dan is-settur, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni r-rwol speċifiku ta' wieħed li jxewwex li ntlagħab minn Interbrew u Alken-Maes fil-kartell relattiv għall-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur billi fil-konfront ta' kull waħda miż-żewġ intrapriżi sabet ċirkostanza aggravanti li rriżultat fiż-żieda ta' 30% ta' l-ammont ta' bażi tal-multa tagħhom (ara punt 22 iktar 'il fuq).

67     Fl-aħħar, fir-rigward, ta' l-argument tar-rikorrenti li t-teħid in kunsiderazzjoni tas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur għal finijiet tal-evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika effettiva tagħha li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi, ma jippermettix li titwarrab il-kapaċità ekonomika ta' Interbrew u ta' Alken-Maes fuq is-suq ġenerali tal-birra, għandu jiġi rrilevat li fil-premessa 343 tad-deċiżjoni kkontestata l-Kummissjoni indikat li, sabiex jiġi assigurat effett dissważiv tal-multi, hija ħadet in kunsiderazzjoni l-fatt li Interbrew u Alken-Maes kienu, bil-kontra tar-rikorrenti u Martens, intrapriżi internazzjonali jew jappartjenu għal grupp internazzjonali li kellhom aċċess iktar faċli għal għarfien u l-infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li kienu jippermettulhom li japprezzaw aħjar li l-imġieba tagħhom kien jikkostitwixxi ksur u l-konsegwenzi li kienu jirriżultaw fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni. Meta f'dan ir-rigward l-ammont bażiċi minimi li ġew rispettivament determinati għal Alken-Maes u għal Interbrew ġew irduppjati u mmultiplikati għal ħames darbiet iktar, il-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni il-kapaċità ekonomika superjuri, fuq pjan ġenerali, ta' Alken-Maes u ta' Interbrew.

68     Isegwi li t-tieni punt tal-motiv għandu jiġi miċħud, u b'hekk l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

 Fuq it-tieni motiv, dwar ksur, min-naħa waħda, tal-linji ta' gwida minħabba kunsiderazzjoni ħażina tar-rwol interpretat mir-rikorrenti fil-kartell u , min-naħa l-oħra, ta' l-obbligu ta' motivazzjoni

 Argumenti tal-partijiet

69     B'referenza għal ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza ta' l-10 ta' Diċembru 1985, Stichting Sigarettenindustrie et vs Il-Kummissjoni, 240/82 sa 242/82, 261/82, 262/82, 268/82 u 269/82, Ġabra p. 3831, punt 100), ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Kummissjoni applikat il-linji ta' gwida b'mod inkorrett u naqset mid-dover tagħha li tagħti motivazzjoni li tapplika, fir-rigward tagħha, iċ-ċirkostanza mitiganti prevista fl-ewwel inċiż tal-punt 3, tal-linji ta' gwida, jiġifieri "rwol esklussivament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni fir-realizzazzjoni tal-ksur", peress li hi kellha rwol estremament passiv jew, f'kull każ, mingħajr dubju inqas attiv minn dak tat-tlett intrapriżi l-oħra li pparteċipaw fl-erba' laqgħat in kwistjoni.

70     Meta msejħa mill-Qorti tal-Prim'Istanza, waqt is-seduta, sabiex tippreċiża l-argument tagħha, ir-rikorrenti indikat li, iktar minn invokazzjoni stretta taċ-ċirkostanzi mitiganti minħabba r-"rwol esklussivament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni fir-realizzazzjoni tal-ksur", hija kienet invokat b'mod iktar estensiv il-benefiċċju ta' ċirkostanzi mitiganti fir-rigward ta' rwol tagħha inqas attiv fil-kartell minn dak tat-tliet parteċipanti l-oħra. Dan ir-rwol anqas attiv kien jidher b'mod partikulari min-nuqqas tar-rikorrenti fuq is-suq Olandiż tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li kienu ttrattaw l-aħħar żewġ laqgħat tal-kartell.

71     Anke jekk ir-rikorrenti ma tikkontestax li kienet preżenti waqt l-erba' laqgħat – l-ewwel żewġ laqgħat saru l-Belġju u l-aħħar tnejn saru l-Olanda – u lanqas ma tkellmet, waqt xi laqgħat, fuq il-prezz u l-qsim tal-klijenti, hi tenfasizza li l-karattru passiv, jew f'kull każ inqas attiv, tar-rwol tagħha huwa illustrat minn żewġ elementi. Fl-ewwel lok, Interbrew u Alken-Maes ħadu l-inizjattiva tal-laqgħat. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ma kinitx preżenti fis-suq Olandiż u għalhekk ma kinitx interessata fiż-żewġ laqgħat li saru fl-Olanda, organizzati minn Interbrew fuq rikjesta ta' Martens.

72     Il-preżenza tar-rikorrenti fil-laqgħat u l-parteċipazzjoni fl-iskambju ta' informazzjoni ma kinux jippermettu li r-rwol tagħha jiġi kkwalifikat bħala wieħed attiv, bir-riskju li tneħħi kull sens miċ-ċirkostanza mitiganti kkunsidrata. Ir-rwol tagħha, allegatament attiv, fir-realtà jikkorrispondi biss għal parteċipazzjoni fil-kartell bħala waħda li ssegwi mingħajr riflessjoni.

73     Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti u ssostni li r-rwol inqas attiv fil-kartell ma jistax, fi kwalunkwe każ, jittieħed in kunsidereazzjoni bħala ċirkostanza mitiganti.

 Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

74     Fir-rigward, fl-ewwel lok, ta' l-ilment dwar karattru żbaljat tal-konklużjoni tal-Kummissjoni r-rwol interpretat mir-rikorrenti fil-kartell ma jistax jiġi rrilevat jikkostitwixxi ċirkostanza mitiganti, hemm lok li mall-ewwel jissemma, li fil-punt 3 tal-linji ta' gwida, hemm indikat li tnaqqis fl-ammont ta' bażi tal-multa imposta jista' jiġi previst fir-rigward ta' intrapriża, għal ċirkostanzi mitiganti partikulari bħal "rwol esklussivament passiv jew li jsegwi fit-twettiq tal-ksur" (l-ewwel inċiż).

75     Huwa tajjeb li jiġi mfakkar ukoll li, skond il-ġurisprudenza, sabiex tkun tista' tibbenefika miċ-ċirkostanza mitiganti li tirriżulta minn "rwol esklussivament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni", l-intrapriża kkonċernata trid tkun adottat "profil baxx", ikkaratterizzat minn nuqqas ta' parteċipazzjoni attiva fl-elaborazzjoni ta' wieħed jew ħafna kartell li huma antikompetittivi (sentenza Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, punt 44 iktar'il fuq, punt 167). Fost ta' l-elementi ta' natura li juru rwol passiv ta' intrapriża li tkun f'kartell, il-Qorti tal-Prim'Istanza sostniet li jista' jingħata kunsiderazzjoni, b'mod partikulari, il-karattru sensibbilment iktar sporadiku tal-parteċipazzjonijiet tagħha fil-laqgħat fil-konfront tal-membri ordinarji tal-kartell, id-dħul tardiv tagħha fis-suq li kien s-suġġett tal-ksur, indipendentement mit-tul taż-żmien tal-parteċipazzjoni tagħha f'dan, jew ukoll l-eżistenza tad-dikjarazzjonijiet espressi f'dan is-sens magħmula mir-rappreżentanti ta' l-intrapriżi terzi li jkunu pparteċipaw fil-ksur (sentenza Cheil Jedang vs il-Kummissjoni, punt 44 iktar'il fuq, punt 168).

76     Sussegwentement hemm lok, li jingħad li, f'dan il-każ, il-Kummissjoni indikat, fil-premessa 349 tad-deċiżjoni kkontestata, li "[ir-rikorrenti] u Martens [kienu] it-tnejn li huma indikaw li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kartell kellha titqies bħala passiva, li "dawn iż-żewġ birreriji [kienu] fil-fatt assistew għal laqgħat kollha li kienet taf bihom il-Kummissjoni u li barra minn hekk [ir-rikorrenti] [kienet] rrikonoxxiet li għaddiet informazzjoni fuq il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur fil-Belġju flimkien mall-birreriji l-oħra involuti u kienet ikkonkludiet xi kartell fuq il-prezzijiet u l-qsim tal-klijenti".

77     Madankollu, ir-rikorrenti ma tikkontestax li kienet ipparteċipat fil-laqgħat kollha tal-kartell li kienet taf bihom il-Kummissjoni u fir-rikors tagħha tirrikonoxxi li kienet preżenti matul erba' laqgħat in kwistjoni, li l-ewwel tnejn saru fil-Belġju u l-aħħar tnejn saru l-Olanda. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tikkontestax (ara punt 71 iktar 'il fuq) li, bħal fil-każ tat-tliet birreriji l-oħra involuti fil-proċedura, hi tkellmet, waqt il-laqgħat, fuq il-prezz u il-qsim tal-klijenti.

78     Għalhekk huwa tajjeb li jiġi konkluż li, peress li pparteċipat fil-laqgħat kollha tal-kartell u matul dawn il-laqgħat skambjatinformazzjoni fuq il-prezz u l-qsim tal-klijenti, ir-rikorrenti kellha grad ta' parteċipazzjoni attiva fil-kartell li hu kjarament inkompatibbli ma' dak li jirrikjedi taħt il-benefiċċju taċ-ċirkostanza mitiganti invokata.

79     Din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata mill-fatt li Interbrew u Alken-Maes ħadu l-inizjattiva li jorganizzaw il-laqgħat dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur. Il-fatt, il-fatt li l-Kummissjoni tqis bħala ċirkostanza aggravanti fir-rigward ta' parteċipant fil-kartell, ir-rwol partikolarment attiv li jidher mit-teħid ta' l-inizjattiva tal-kartell l-ebda każ ma jimplikali hi għandha, minħabba dan il-fatt, tqis fir-rigward tal-parteċipanti l-oħra hemm ċirkostanza mitiganti għar-rwol esklussivament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-komportament ta' l-intrapriża ma jistgħux jiddeterminaw l-applikabbiltà ta' ċirkostanza aggravanti jew mitiganti fid-dominju ta' intrapriża oħra. It-teħid in premessa ta' ċirkostanzi bħal dawn hu marbut fil-fatt mall-komportament individwali ta' l-intrapriża u għalhekk għandu jiġi bbażat fuq il-karatteristiċi ta' l-komportament propju tagħha.

80     Ir-rwol inqas attiv li r-rikorrenti ssostni li interpretat fil-kartell jitqies bħala ċirkostanza mitiganti distinta tar-"rwol esklussivament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni" espliċitament previst fil-linji ta' gwida. Fil-fatt, irrispettivament minn jekk jiġix rikonoxxut li l-komportament tar-rikorrenti effettivament kienet inqas attiva, meta mqabbla ma' dak tal-parteċipanti l-oħra, fid-dawl, per eżempju, tan-nuqqas tagħha mis-suq Olandiż, din is-sempliċi gradazzjoni ma tistax tiġustifika tnaqqis fil-multa. Fil-fatt, komportament bħal dan jixhed biss inqas entużjażmu fit-tmexxija tal-kartell, mingħajr madankollu jikkontesta l-involviment sħiħ tar-rikorrenti f'dan il-kartell, kif mixhud, b'mod partikulari mill-parteċipazzjoni sistematika tagħha fil-laqgħat antikompetittivi fuq il-ġabra tat-tul taż-żmien tal-ksur u n-nuqqas ta' l-elementi ta' natura li jsostnu l-eżistenza ta' riluttanza minn naħa tagħha sabiex issegwi l-għanijiet tal-kartell.

81     L-invokazzjoni tal-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni lanqas tista' tiġi milqugħa iktar. Fil-fatt, minn ġurisprudenza kostanti joħroġ fil-kuntest tar-regolament nru 17 li l-Kummissjoni tiddisponi, minn setgħa diskrezzjonali fl-iffissar ta' l-ammont tal-multi sabiex torjenta l-imġieba ta' l-intrapriżi lejn l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' April 1995, Martinelli vs Il-Kummissjoni, T‑150/89, Ġabra p. II‑1165, punt 59 ; tal-11 ta' Diċembru 1996, Van Megen Sports vs Il-Kummissjoni, T‑49/95, Ġabra p. II‑1799, punt 53, u tal-21 ta' Ottubru 1997, Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, T‑229/94, Ġabra p. II‑1689, punt 127). Il-fatt li fil-passat, li l-Kummissjoni applikat, multi ta' ċertu livell għal ċertu tip ta' ksur m'għandux, għaldaqstant jiċħadha mill-possibbiltà li tgħolli dan il-livell fil-limiti indikati mir-Regolament Nru 17, jekk dan huwa neċessarju sabiex tassigura l-implimentazzjoni ta' politika Komunitarja tal-kompetizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Ġunju 1983, Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, 100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825, punt 109; sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Marzu 1992, Solvay vs Il-Kummissjoni, T‑12/89, Ġabra p. II‑907, punt 309, u ta' l-14 ta' Mejju 1998, Europa Carton vs Il-Kummissjoni, T‑304/94, Ġabra p. II‑869, punt 89). Għall-kuntrarju l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni teżiġi bil-kontra li l-Kummissjoni tista' f'kull mument tadatta l-livell tal-multi għall-bżonnijiet ta' din il-politika (sentenza Musique diffusion française et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 109; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Marzu 2002, LR AF 1998 vs Il-Kummissjoni, T‑23/99, Ġabra p. II‑1705, punt 237).

82     Fir-rigward, fit-tieni lok, ta' l-ilment dwar ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, l-ewwel nett għandha ssir refernza għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 45 u 46 iktar' il fuq u wara li jiġi kkonstatat li, meta rrifjutat lir-rikorrenti l-benefiċċju taċ-ċirkostanza mitiganti invokata, il-Kummissjoni indikat, fid-deċiżjoni kkontestata (ara punti 76 u 77 iktar 'il fuq), l-elementi ta' evalwazzjoni li wassluha sabiex ma tapplikax ċirkostanzi mitiganti għal rwol purament passiv jew li jsegwi mingħajr riflessjoni fir-rigward tar-rikorrenti. Għaldaqstant, fuq dan il-punt, hi ma kkommettiet, l-ebda ksur ta' motivazzjoni li hi għandha.

83     Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li hu skond il-liġi u b'mod suffiċjentement motivat li l-Kummissjoni kkonkludiet li tiċħad iċ-ċirkostanza mitiganti invokata. Għalhekk it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.

 Fuq it-tielet motiv, ibbażata fuq ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni kif ukoll fuq il-prinċipju ta' trattament ugwali

84     It-tielet motiv huwa artikulat f'żewġ punti. Fl-ewwel wieħed, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżultaw mit-trattament iktar favorevoli riżervat mill-Kummissjoni għal Interbrew. Fit-tieni punt, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżultaw mit-trattament identiku riżervat għar-rikorrenti, minn naħa, u għal Martens u għal Alken-Maes, min-naħa l-oħra.

 Fuq l-ewwel punt, dwar ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżultaw mit-trattament iktar favorevoli riżervat mill-Kummissjoni għal Interbrew

–       Argumenti tal-partijiet

85     Ir-rikorrenti ssostni li l-kooperazzjoni tagħha fid-determinazzjoni ta' l-eżistenza tal-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur għandha tiġi kkunsidrata bħala simili għal dik ta' Interbrew u li hi ingħatat biss tnaqqis ta' 10% mill-ammont tal-multa għall-kooperazzjoni, filwaqt li ingħata tnaqqis ta' 50% lil Interbrew, b'hekk il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali.

86     Minn naħa waħda, mill-proċess u mid-deċiżjoni kkontestata jidher li, fl-14 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar 2000, jiġifieri qabel il-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, Interbrew għaddiet lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet li jirrivelaw l-eżistenza tal-laqgħat relatati mall-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur u dwar il-livell tal-prezzijiet u dwar il-qsim tal-klijenti. Il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-kooperazzjoni kontinwa u kompluta pprovduta minn Interbrew u l-fatt li hi ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti jiġġustifikaw tnaqqis ta' 50% tal-multa ta' Interbrew.

87     Min-naħa l-oħra, fil-5 ta' April 2000, b'risposta għat-talba għal informazzjoni tat-22 ta' Marzu 2000, jiġifieri mingħajr ma kienet taf bid-dikjarazzjonijiet ta' Interbrew u qabel il-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, ir-rikorrenti kienet iddikjarat li l-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ bit-trademark tad-distributur fil-Belġju kien is-suġġett ta' diskussjonijiet matul erba' laqgħat. Barra minn hekk ir-rikorrenti kienet iddikjarat, li informazzjoni dwar il-klijenti u l-volumi kienet ġiet skambjata. Għalhekk, fir-risposta għat-talba għal informazzjoni, ir-rikorrenti kienet, bħal Interbrew, ikkonfermat l-eżistenza ta' prattiċi mifthema u l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-bejgħ bit-trademark tad-distributur fil-Belġju.

88     Mistoqsija fuq dan il-punt mill-Qorti tal-Prim'Istanza waqt is-seduta, ir-rikorrenti sostniet, billi invokat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' April 2004, Tokai Carbon et vs Il-Kummissjoni (T‑236/01, T‑239/01, T‑244/01 sa T‑246/01, T‑251/01 u T‑252/01, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra, punti 407 sa 410), li, bil-kuntrarju għal dak li ssostni il-Kummissjoni, pprovdiet, fir-risposta tagħha tal-5 ta' April 2000 għat-talba ta' informazzjoni tat-22 ta' Marzu 2000, informazzjoni li tmur oltre dak li hi kienet obbligata tippreżenta taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. Peress li hi wieġbet għat-talba ta' informazzjoni, kellu jiġi kkunsidrat li kien kemm f'kooperazzjoni li l-Kummissjoni kellha tieħu in kunsiderazzjoni skond il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni.

89     Ir-rikorrenti ssostni li, safejn Martens ikkontestat l-eżistenza ta' prattiċi mifthema fuq il-prezzijiet u l-klijenti u fejn Alken-Maes illimitat ruħha li ma tikkontestax il-materjalità tal-fatti ddikjarati fil-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijiet, l-informazzjoni tagħha biss ippermettiet, billi kkonfermat l-informazzjoni mogħtija minn Interbrew, li jiġi stabbilit ksur ta' l-Artikolu 81 KE.

90     Id-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti, li jikkonfermaw dawk ta' Interbrew, kienu kruċjali għad-determinazzjoni tal-ksur u ppreżentaw karattru deċiżiv bħal dawk ta' Interbrew. F'kull każ, il-fatt li Interbrew kixfet l-eżistenza tal-ksur ma kienx jiġġustifika l-fatt li hi biss ingħatat trattament differenti hekk importanti bħal dak mogħti mill-Kummissjoni.

91     Fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub dwar id-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni għat-talba tal-Qorti tal-Prim'Istanza waqt is-seduta, ir-rikorrenti żiedet tgħid li minn dawn id-dokumneti jirriżulta li hi kienet tinsab f'sitwazzjoni perfettament anologa għal dik ta' Interbrew. Iż-żewġ intrapriżi, fil-fatt, kienu rispettivament irrispondew għat-talbiet għall-informazzjoni, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, tal-11 ta' Novembru 1999 u tat-22 ta' Marzu 2000, li kellhom l-istess għan, peress li l-laqgħat li kienu jikkonċernaw il-bejgħ tal-birra bit-trademark tad-distributur, li kienu s-suġġett tat-talba għal informazzjoni lir-rikorrenti fit-22 ta' Marzu 2000, li kienu wkoll is-suġġett tat-talba għal informazzjoni magħmula lil Interbrew fil-11 ta' Novembru 1999. Ir-rikorrenti u Interbrew għalhekk ipprovdew, fl-istess ċirkostanzi, informazzjoni analoga relattiva għall-istess ksur, b'mod li l-kooperazzjoni tagħhom kienet identika.

92     F'dan ir-rigward ir-rikorrenti invokat is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2001, Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni (T‑45/98 et T‑47/98, Ġabra p. II‑3757, punti 235 sa 249), li tistabbilixxi fatt biss li intrapriża rrikonoxxiet il-fatti kkontestati qabel intrapriża oħra ma jikkostitwixxix raġuni oġġettiva li għalihom jiġi riżervat għalihom trattament differenti, peress li l-evalwazzjonijiet tal-grad ta' kooperazzjoni pprovduta mill-intrapriżi ma tiddependix fuq fatturi purament magħżula bl-addoċċ bħalma hi l-ordni li fiha jiġu interrogati mill-Kummissjoni. Il-fatt li Interbrew kienet l-ewwel waħda li kixfet l-eżistenza ta' kartell b'risposta għal talba għal informazzjoni m'għandux ikun ir-raġuni oġġettiva li għaliha r-rikorrenti u Interbrew jiġu ttrattati b'mod differenti.

93     Ir-rikorrenti żżid tgħidli d-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni jikkonfermaw illi huwa ħażin li l-Kummissjoni ssostni li Interbrew volontarjament ipprovdiet informazzjoni dwar il-kartell relattiv għall-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur. Din l-informazzjoni kienet fil-fatt taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 1999. Il-gradi ta' kooperazzjoni pprovduta minn Interbrew u r-rikorrenti huma aktar komparabbli.

94     Il-Kummissjoni ssostni li l-grad ta' kooperazzjoni tar-rikorrenti ma kien bl-ebda mod komparabbli ma' dak ipprovdut minn Interbrew u għalhekk l-ebda ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali ma seta' jiġi mqajjem.

95     Fl-14 ta' Jannar 2000Interbrew fil-fatt kienet minn jhedda għaddiet, informazzjoni li komplietha f'żewġ okkażjonijiet differenti, fit-2 u fit-8 ta' Frar 2000, dwar il-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li sa dakinhar il-Kummissjoni kienet injorat l-eżistenza tagħha. Interbrew kienet l-ewwel waħda li għaddiet informazzjoni fuq dan il-kartell, u din l-informazzjoni setgħet tiġi perfettament użata mill-Kummissjoni bħala prova tal-ksur in kwistjoni.

96     Ir-rikorrenti, min-naħa tagħha għaddiet biss l-informazzjoni bħala risposta għat-talba għall-informazzjoni li ġiet indirizzata lilha fit-22 ta' Marzu 2000. Għalkemm utli, l-informazzjoni mogħtija fir-risposta ma kinitx tmur oltre dak li ġie mitlub bħala informazzjoni u ma kinitx indispensabbli għad-determinazzjoni tal-ksur peress li dan ta' l-aħħar kien diġa ġie ppruvat mill-informazzjoni volantarjament mibgħuta minn Interbrew. Il-fatt li l-Kummissjoni ikkwotat din l-informazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata ma jistabilixxix fl-ebda każ li din l-informazzjoni kienet tikkostitwixxi elementi ta' prova indispensabbli għad-determinazzjoni tal-ksur u li tmur oltre minn sempliċi risposta għal talba għal informazzjoni.

97     Fl-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub ta' fl-10 ta' Mejju 2005, li kienu jikkonċernaw dawk tar-rikorrenti, ta' l-14 ta' Marzu 2005, dwar id-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni wara talba mill-Qorti tal-Prim'Istanza magħmula waqt is-seduta, il-Kummissjoni tikkontesta formalment li r-rikorrenti tinvoka is-sentenza Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 92 iktar'il fuq. Ir-rikorrenti fil-fatt, injorat kunsiderazzjoni essenzjali li tidher fl-imsemmija sentenza, li hi li l-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali huwa jiġi applikat biss meta l-intrapriżi kkonċernati jkunu pprovdew informazzjoni identika, f'ċirkustanzi analogi u fl-istess stadju tal-proċedura amministrattiva.

98     Kemm mid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll mid-dokumenti ippreżentati mill-Kummissjoni jidher li Interbrew u r-rikorrenti ma kinux jinsabu manifestament f'ċirkostanzi analogi u li huma m'għaddewx informazzjoni identika, u lanqas ikkoperaw mall-Kummissjoni bl-istess manjiera.

99     It-talba għal informazzjoni tal-11 ta' Novembru 1999 ma kienet bl-ebda mod tirreferi għall-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, li sa dik id-data l-Kummissjoni ma kintx għadha taf bih. Madankollu, Interbrew minn jeddha kienet għarfet lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta' dan il-kartell, li wassal lill-Kummissjoni titlob lil Interbrew informazzjoni supplementari fuq dan is-suġġett. Interbrew għalhekk kienet ikkooperat mal-Kummissjoni f'manjiera attiva ħafna. L-istqarrija spontanja tal-parteċipazzjoni tagħha f'dan il-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur kellha tkun ta' eżempju u kellha tiġi kkumpensata.

100   Għalhekk, ma jistax jiġi sostnut li fil-11 ta' Novembru 1999 lil-Interbrew u fit-22 ta' Marzu 2000 lir-rikorrenti saru f'ċirkostanzi analogi, fl-istess stadju tal-proċedura amministrattiva, u li r-risposti tagħhom kien fihom informazzjoni identika. B'mod partikulari, Interbrew kienet ipprovdietet informazzjoni kompluta ħafna fuq il-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur, filwaqt li r-rikorrenti fil-bidu wieġbet, fl-ittra tagħha tal-5 ta' April 2000, li hi ma kintx taf bir-regoli tal-kompetizzjoni u li l-laqgħat kienu ristretti għas-suġġetti legali, qabel ma' rrikonoxxiet tenur propju ta' dawn il-laqgħat.

101   Il-Kummissjoni kkonkludiet li, mingħajr il-kooperazzjoni totali ta' Interbrew, hi qatt ma kienet qatt ser titlob informazzjoni lir-rikorrenti u li l-kartell dwar il-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur ma kienx jinkixef. Il-verifiki immexxija fil-Belġju fil-kuntest tal-kartell bejn Interbrew/Alken-Maes fil-fatt ma kienux jippermettu s-sejbien ta' dokumenti dwar dan il-kartell.

–       Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

102   Preliminarjament hemm lok li jiġi mfakkar, li l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha fuq il-kooperazzjoni, esponiet il-kundizzjonijiet li fihom l-intrapriżi li kkoperaw magħha matul l-investigazzjoni tagħha jistgħu jiġu eżentati mill-multa jew jibbenefikaw minn tnaqqis fl-ammont tal-multa li kieku kien ikollhom iħallsu (punt A 3 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni).

103   Għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni fil-każ tar-rikorrenti, ma ġiex ikkontestat li l-komportament tagħha għandu jiġi kkunsidrat taħt punt D ta' l-imsemmija komunikazzjoni, intitolat "Tnaqqis sinifikattiv tal-multa".

104   Hemm lok li jiġi mfakkar, minn naħa, li, skond il-ġurisprudenza, tnaqqis tal-multa minħabba kooperazzjoni waqt il-proċedura amministrattiva tkun iġġustifikata biss jekk il-komportament ta' l-intrapriża fil-kawża jkun jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta' ksur b'inqas diffikultà u, jekk ikun il-każ twassal għat-tmiem tiegħu (sentenzi tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, SCA Holding vs Il-Kummissjoni, T‑327/94, Ġabra p. II‑1373, punt 156, u Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 92 iktar'il fuq, punt 270).

105   Min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni tista', b'mod partikulari, fit-twettiq tad-dmirijiet li ġew assenjati lilha bl-Artikolu 85 KE u bil-preskrizzjonijiet imposti b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 83 KE, tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja minn intrapriżi u assoċjazzjonijiet ta' intrapriżi, li huma mistennija, bis-saħħa tal-paragrafu 4 ta' l-imsemmi Artikolu, li jipprovdu informazzjoni mitluba. Jekk intrapriża jew assoċjazzjoni ta' intrapriżi ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdiha b'mod inkomplet, il-Kummissjoni tista' skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament Nru 17, titlobilhom permezz ta' deċiżjoni, u b'hekk l-intrapriżi jew l-assoċjazzjoni ta' l-intrapriżi jkunu qed jesponu ruħhom, fil-każ ta' rifjut kontinwu li jgħaddu l-informazzjoni mitluba, għall-multa jew penali.

106   B'hekk, il-kollaborazzjoni ta' intrapriża fl-investigazzjoni ma tagħtiha l-ebda dritt għal tnaqqis tal-multa meta din il-kollaborazzjoni ma tkunx għaddiet dak li kien jirriżulta mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 11(4) u (5), tar-Regolament Nru 17 (sentenza Salvoy vs Il-Kummissjoni, punt 81 iktar'il fuq, punti 341 u 342). Għall-kuntrarju, fil-każ fejn intrapriża tipprovdi, bħala risposta għal talba għal informazzjoni taħt l-Artikolu 11, informazzjoni li tmur oltre dik mistennija mill-Kummissjoni skond l-istess Artikolu, l-intrapriża in kwistjoni tista' tibbenefika minn tnaqqis tal-multa (ara, f'dan is-sens, sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 1998, Cascades vs Il-Kummissjoni, T‑308/94, Ġabra p. II‑925, punt 262).

107   F'dan ir-rigward, meta, f'talba għall-informazzjoni taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, il-Kummissjoni, barra mill-mistoqsijiet purament ta' fatt u talbiet għal produzzjoni ta' dokumenti preeżistenti, titlob lill-intrapriża sabiex tiddeskrivi l-għan u l-andament ta' diversi laqgħat li tkun ipparteċipat fihom kif ukoll ir-riżultati jew il-konklużjonijiet ta' dawn il-laqgħat, meta huwa ċar li l-Kummissjoni tissuspetta li l-għan ta' l-imsemmija laqgħat hu li jirristrinġi l-kompetizzjoni, talba bħal din hi ta' natura li tobbliga lill-intrapriża in kwistjoni li tammetti l-parteċipazzjoni tagħha fi ksur tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, b'tali mod li l-imsemmija intrapriża mhijiex obbligata li twieġeb domandi ta' dan it-tip. F'ipoteżi bħal din, il-fatt li intrapriża li xorta waħda tgħaddi informazzjoni fuq dawn il-punti għandu jiġi kkunsidrat bħala kollaborazzjoni spontanja ta' l-intrapriża li tista' tiġġustifika tnaqqis fil-multa bl-applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-koopereazzjoni.

108   Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni pprovduta mill-intrapriżi, il-Kummissjoni m'għandhiex tinsa l-prinċipju ta' trattament ugwali, prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, li skond ġurisprudenza kostanti, jinkiser biss meta sitwazzjonijiet simili jiġu ttrattati b'manjiera differenti jew sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b'manjiera identika, sakemm trattament bħal dan ma jkunx oġġettivament ġustifikat (sentenza Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 92 iktar'il fuq, punt 237, u l-ġurisprudenza ċċitata).

109   F'dan ir-rigward huwa stabbilit, li d-differenza fit-trattament ta' l-intrapriżi in kwistjoni għandha tiġi attribbwita għal gradi ta' kooperazzjoni li ma jistgħux jiġu mqabbla fil-provvista, b'mod partikulari safejn kien jikkonsisti fl-għotja ta' din l-informazzjoni fi stadji differenti tal-proċedura amministrattiva, jew ċirkostanzi mhux analogi (ara, f'dan is-sens, is-sentenza Krupp Thyssen Stainless u Acciai speciali Terni vs Il-Kummissjoni, punt 92 iktar'il fuq, punti 245 u 246).

110   F'dan il-każ, jirriżulta mill-premessi 360 u 361 tad-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni allokat tnaqqis fl-amont tal-multa ta' 10% lir-rikorrenti għall-uniku motiv li din ta' l-aħħar ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti li jikkostitwixxu l-ksur kkonstatat, b'applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-punt D 2, it-tieni inċiż, tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni. Fir-rigward ta' l-informazzjoni li r-rikorrenti għaddietilha fil-5 ta' April 2000 b'risposta għat-talba tagħha għal-informazzjoni fit-22 ta' Marzu 2000, il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-informazzjoni kienet taqa' taħt l-obbligu tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 u li minkejja l-użu li seta' kellha, din l-informazzjoni ma kinitx tikkostitwixxi elementi ta' prova indispensabbli sabiex jiġi muri l-ksur. Għalhekk ir-rikorrenti ma kellhiex tippretendi tnaqqis ta' l-multa ekwivalenti għal dik mogħtija lil Interbrew.

111   Fir-rigward ta' l-argument żviluppat mir-rikorrenti, hemm lok li jingħad li din ta' l-aħħar issostni kull darba li l-informazzjoni li hi pprovdiet lill-Kummissjoni fir-risposta tagħha tal-5 ta' April 2000 għat-talba għal informazzjoni tat-22 ta' Marzu 2000 kienet tmur oltre dik li hi kellha l-obbligu li tipprovdi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 u li l-informazzjoni li hi pprovdiet kienet kruċjali sabiex il-Kummissjoni tiddetermina l-ksur.

112   Huwa l-każ f'dan ir-rigward li jiġi enfassizzat li, irrispettivament minn jekk l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti kellha l-karattru deċiżiv li din ta' l-aħħar tattribwilha, l-provvista ta' din l-informazzjoni ma kinitx tiġġustifika tnaqqis fl-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, skond il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 104 sa 106 iktar 'il fuq, ħlief safejn l-imsemmija informazzjoni tkun marret sew oltre dik mitluba mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17.

113   Madankollu, għandu jiġi kkunsidrat li l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti, fl-ittra tagħha tal-5 ta' April 2000, ma kinitx tmur oltre dik li kienet obbligata tipprovdi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17. Fil-fatt, ir-rikorrenti illimitat ruħha li tirrispondi fattwalment għad-domandi mistoqsija fit-talba għal informazzjoni fir-rigward tadd-data u l-identità tal-parteċipanti fl-erba' laqgħat u tas-suġġett ta' l-imsemmija laqgħat.

114   Għalkemm il-partijiet ta' l-ittra tal-5 ta' April 2001, min-naħa tipprovdi li "informazzjoni kienet skambjata għal dak li jikkonċerna il-klijenti, l-ippakkjar u l-volumi" u, min-naħa l-oħra, li l-konklużjonijiet li rriżultaw mil-laqgħat kienu jipprovdu "għall-adozzjoni ta' komportament iktar sod dwar il-prezzijiet" tista' tiġi interpretati bħala l-għarfien tal-ksur, li tmur oltre l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, din l-ipoteżi għandha, f'kull każ, tiġi mwarrba fir-rigward tal-parti l-oħra fir-risposta tar-rikorrenti li tindika li: "Madankollu, aħna nikkonfermawlkom formalment, li dawn il-laqgħat ma waslu għall-ebda kartell fuq il-prezz u lanqas fuq il-qsim tal-klijentela." Fid-dawl ta' ċaħda bħal din, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-fatt li ċertu estratti tar-risposta tar-rikorrenti jissuġġerixxu l-eżistenza ta' skambju ta' informazzjoni u intenzjoni tal-parteċipazzjonijiet għall-laqgħat li jadottaw attitudni iktar soda fuq il-prezzijiet ippertmetta lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' ksur b'inqas diffikultà.

115   Għalhekk hemm lok li jiġi konkluż li, fir-risposta tagħha tal-5 ta' April 2000 għat-talba għal informazzjoni tat-22 ta' Marzu 2000, ir-rikorrenti ma pprovdietx lill-Kummissjoni informazzjoni li tmur oltre dik li hi kellha l-obbligu li tagħti taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17 u li għalhekk ma setgħetx tibbenefika minn tnaqqis tal-multa imposta fuqha, skond il-ġurisprudenza ċċitata f'punt 106 iktar 'il fuq.

116   Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat bħala ineffettiv l-argument li t-trattament allegatament iktar favorabbli li kien ġie rriżervat għal Interbrew, minħabba li din ta' l-aħħar kienet ipprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni li hi ma kellhiex l-obbligu li tipprovdi, kien jikkarettarizza inugwaljanza fit-trattament.

117   Għalhekk l-ewwel punt tat-tielet motiv għandu jiġi miċħud.

 Fuq it-tieni parti, dwar ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżulta mit-trattament komparabbli riżervat, min-naħa, għar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għal Martens u Alken-Maes

–       Argumenti tal-partijiet

118   Ir-rikorrenti tikkunsidra li teżisti differenza fondamentali bejn il-grad ta' kooperazzjoni li hi pprovdiet lill-Kummissjoni u dak li Martens u, xi ftit inqas, li Alken-Maes eżerċitaw. Il-fatt li kull waħda mit-tliet intrapriżi ġew mogħtija tnaqqis fil-multa identiku għal 10% għaldaqstant kien jikkaratterizza ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.

119   Ir-rikorrenti kienet ipprovdiet ta lill-Kummissjoni kooperazzjoni ta' importanza deċiżiva. Hekk li, fir-risposta tagħha tal-5 ta' April 2000 għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni, hi kienet iddikjarat li matul il-laqgħat in kwistjoni kienet tqajmet kwistjoni, fuq il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ bit-trademark tad-distributur u li kienet ġiet skambjata l-informazzjoni dwar il-klijenti u l-volumi. Barra minn hekk ir-rikorrenti, fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijieti, kienet ikkonfermat li matul il-laqgħat kien ġiet hemm kwistjoni, fuq il-livell tal-prezzijiet. Din l-informazzjoni, li taqbel ma dik ipprovduta minn Interbrew, kienet ta' importanza deċiżiva għall-Kummissjoni, safejn din l-informazzjoni tippermettilha li tistabbilixxi l-eżistenza ta' ksur ta' l-Artikolu 81 KE. Fl-aħħar, ir-rikorrenti kienet uriet kooperazzjoni kompleta u kontinwa matul il-proċedura.

120   Għall-kuntrarju mill-proċess jidher li Martens ma indikat imkien fir-rispsota tagħha tas-6 ta' April 2000 għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2000 taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, li kien hemm kwistjoni fuq il-livell tal-prezzijiet jew tal-qsim tal-klijenti matul il-laqgħat in kwistjoni. Fir-risposta tagħha għall-komunikazzjoni ta' l-oġġezzjonijieti, Martens espressament ikkontestat li matul dawn il-laqgħat kien hemm konklużjoni ta' kartell fil-materja tal-prezz jew tal-qsim tas-suq u kienet, għall-kuntrarju, ikkontestat il-verità tad-dikjarazzjonijiet ta' Interbrew. Barra minnhekk il-kontestazzjoni minn Martens ta' l-eżistenza tal-ksur barra minnhekk kienet ippruvata mid-deċiżjoni kkontestata, peress li l-Kummissjoni indikat li Martens ikkuntentat, matul il-proċedura, li tikkoopera b'mod li kien iħaffef is-sekwenza ta' l-eventi.

121   Filwaqt li fil-każ ta' Alken Maes, ir-risposta li hi ipprovdiet, fil-5 ta' April 2000, għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2000, ma kienx fiha konfermazzjoni espliċita ta' l-eżistenza ta' konċentrazzjoni fuq il-livell tal-prezzijiet jew il-qsim tal-klijentela. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kienet sodisfatta li ssemmi li Danone, f'isem Alken-Maes, ma kkontestatx li, matul il-laqgħat, kien hemm kwistjoni fuq il-prezz u l-qsim tal-klijenti.

122   Għalhekk minn paragun tal-gradi ta' kooperazzjoni rispettivi ta' Martens u Alken-Maes ma' dik tar-rikorrenti jirriżulta b'mod ċar li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' trattament ugwali meta poġġiet lir-rikorrenti fuq l-istess livell taż-żewġ intrapriżi l-oħra. Bil-kontra għal dak li tafferma l-Kummissjoni, ir-rikorrenti kienet marret sew oltre li ma tikkontestax il-fatti meta, fir-risposta tagħha tal-5 ta' April 2000 għat-talba għal informazzjoni, ipprovdiet dikjarazzjonijiet essenzjali fuq l-għan u l-iskop tal-laqgħat relattivi għall-kartell li jirrigwarda l-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur.

123   Min-naħa tagħha l-Kummissjoni enfasizzat, fl-ewwel lok, li, għalkemm il-livelli tat-tnaqqis fl-ammont tal-multi rispettivament imposti fuq ir-rikorrenti u fuq Martens huma identiċi, ir-raġunijiet għal dan it-tnaqqis huma differenti. Filwaqt li r-rikorrenti ngħatat tnaqqis fil-multa tagħha minħabba li ma kkontestax il-materjalità tal-fatti, il-multa ta' Martens ra tiegħu tnaqqset fuq il-bażi tal-kooperazzjoni tagħha matul il-proċedura. L-ebda waħda miż-żewġ intrapriżi ma akkumulat tnaqqis minħabba li ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti flimkien ma' tnaqqis għal kooperazzjoni fil-proċedura.

124   Meta tikkunsidra li r-rikorrenti invokat impliċitament il-karattru inġust tat-tnaqqis tal-multa mogħti lil Martens, il-Kummissjoni ssostni li hi ġurisprudenza kostanti li, fil-materja tal-multi, argument li r-rikorrenti għandha tingħata tnaqqis illegali bis-saħħa tal-prinċipju ta' trattament ugwali ma jistax jiġi milqugħ. Għalhekk ir-rikorrenti setgħet biss tingħata tnaqqis supplementari kieku estendiet l-kooperazzjoni proprja tagħha. Madankollu, din ikkuntentat li tikkonforma ma' l-obbligu tagħha li tagħti risposta għat-talba għal informazzjoni li ġiet indirizzata lilha skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, mingħajr ma marret oltre dak li hi kienet mistennija li tikkomunika, il-portata tal-kooperazzjoni tagħha ma marritx lilhinn min-nuqqas ta' kontestazzjoni tal-materjalita' tal-fatti li ħadet in kunsiderazzjoni l-Kummissjoni.

125   Fir-rigward, fit-tieni lok, tas-sitwazzjonijiet rispettivi tar-rikorrenti u ta' Alken-Maes, il-Kummissjoni tenfasizza li huma simili safejn huma illimitaw lilhom infushom li ma jikkontestawx il-materjalità tal-fatti in kwistjoni. Għalhekk kien loġiku li għalihom jiġi riżervat trattament identiku.

–       Il-premessajiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

126   Peress li l-ewwel punt tat-tielet motiv ġie irrifjutat, ir-rikorrenti ġustament ingħatat tnaqqis fil-multa tagħha b'10% minħabba l-uniku motiv li hi ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti in kwistjoni.

127   Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat bħala ineffettiv l-argument li l-għoti mill-Kummissjoni lil Martrens, ta' tnaqqis ta' 10% tal-multa tagħha kien jikkaratterizza ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali kontra r-rikorrenti peress li Martens, li ma kinitx irrikonoxxiet il-fatti, ma kellhiex tibbenefika minn tnaqqis bħal dan.

128   Barra minn hekk ir-rikorrenti tinsab, f'sitwazzjoni perfettamanet simili għal dik ta' Alken-Maes, li hi ukoll ingħatat, bis-saħħa tat-tieni inċiż tal-punt D 2, tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni, tnaqqis fil-multa ta' 10% għaliex ma kkontestatx il-materjalità tal-fatti. Għalhekk l-ebda ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali ma jista' jiġi kkonstatat bejn ir-rikorrenti u Alken-Maes.

129   Isegwi li t-tieni punt tal-motiv għandu jiġi miċħud, u b'hekk il-motiv kollu kemm hu.

130   F'dawn il-kundizzjonijiet, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

 Fuq l-ispejjeż

131   Skond l-Artikolu 87(2), tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (Il-Ħames Awla)

taqta' u tiddeciedi li:

1)      Ir-rikors huwa miċħud.

2)      Ir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

Vilaras

Martins Ribeiro

Jürimäe

Mogħtija fil-Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-6 ta' Diċembru 2005

E. Coulon

 

      M. Vilaras

Reġistratur

 

      President

Werrej

Il-kuntest ġuridiku

Fatti li taw lok għal kawża

Proċedura u talbiet tal-partijiet

Id-dritt

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta' motivazzjoni kif ukoll ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida minħabba premessa ħażina tal-kapaċitŕ ekonomika effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi

Fuq l-ewwel punt, ibbażat fuq ksur l-obbligu ta' motivazzjoni minħabba n-nuqqas ta' definizzjoni tas-settur tal-birra mibjugħa bit-trademark tad-distributur bħas-suq fil-kawża

– Argumenti tal-partijiet

– Il-premessajiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq it-tieni punt, li hu bbażat fuq ksur ta' l-Artikolu 15(2), tar-Regolament Nru 17 u tal-linji ta' gwida minħabba evalwazzjoni ħażina tal-kapaċitŕ effettiva tar-rikorrenti li toħloq dannu kbir lill-operaturi l-oħra, b'mod partikulari lill-konsumaturi

– Argumenti tal-partijiet

– Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq it-tieni motiv, dwar ksur, min-naħa waħda, tal-linji ta' gwida minħabba kunsiderazzjoni ħażina tar-rwol interpretat mir-rikorrenti fil-kartell u , min-naħa l-oħra, ta' l-obbligu ta' motivazzjoni

Argumenti tal-partijiet

Il-Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq it-tielet motiv, ibbażata fuq ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni kif ukoll fuq il-prinċipju ta' trattament ugwali

Fuq l-ewwel punt, dwar ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżultaw mit-trattament iktar favorevoli riżervat mill-Kummissjoni għal Interbrew

– Argumenti tal-partijiet

– Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq it-tieni parti, dwar ksur tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni u l-prinċipju ta' trattament ugwali li jirriżulta mit-trattament komparabbli riżervat, min-naħa, għar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għal Martens u Alken-Maes

– Argumenti tal-partijiet

– Il-premessajiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq l-ispejjeż


* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.