Language of document : ECLI:EU:T:2010:19





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2010 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Telf ta’ opportunità – Nuqqas ta’ dannu gravi u irreparabbli – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) (ara l-punti 14-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25, 26)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Limiti (ara l-punt 28)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Telf li fih innifsu ma jammontax għal dannu gravi (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 29)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs tal-impriża (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 30)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Telf ta’ opportunità li tirriżulta mill-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Dannu li għalih jista’ jingħata kumpens sħiħ fil-kuntest tar-rikors prinċipali jew ta’ rikors għad-danni - Nuqqas ta’ natura irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32-35)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Ksur mill-att ikkontestat ta’ dispożizzjoni legali superjuri - Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 36)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropAid/127054/C/SER/Multi, dwar il-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir esklużivament favur pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.