Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta' Frar 2011 - Oyster Cosmetics vs UASI - Kadabell (Oyster cosmetics)

(Kawża T-437/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Oyster cosmetics - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Kadus AUTO STOP PROTECTION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oyster Cosmetics SpA (Castiglione delle Stiviere, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, agent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kadabell GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1367/2008-1), fir-rigward ta' proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Kadabell GmbH & Co. KG u Oyster Cosmetics SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Oyster Cosmetics SpA hija kkundanatta għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010