Language of document : ECLI:EU:T:2009:82





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 – Scientific and Technological Committee of AGH et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/07)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teknoloġiji ta’ ħażna taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju – Nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu pożizzjoni – Inammissibbiltà”

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati - Nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu pożizzjoni fuq il-problema tar-riskji marbutin mal-ħażna taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju u mal-ispostament tiegħu (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 232(3) KE) (ara l-punti 22-30)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkontestat in-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni, minħabba li din asteniet, minn naħa, li tieħu pożizzjoni fuq il-problema tar-riskji fuq il-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u marbutin mal-ħażna taħt l-art tad-dijossidu tal-karbonju u mal-ispostament tiegħu mill-formazzjonijiet ġeoloġiċi għal wiċċ l-art, u min-naħa l-oħra, li tieħu miżuri reali għall-protezzjoni tal-ħajja tal-popolazzjoni u tal-ambjent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scientific and Technological Committee of AGH University of Science and Technology, Europejskie Stowarzyszenie Ochrony Środowiska, Przedsiębiorstwo Usług Geologiczno – Wiertniczych Chemkop-Geowiert sp. z o.o., Stowarzyszenie Obrony Środowiska, Fundacja Partnerstwo dla Środowiska, Niezależne Forum Ochrony Biosfery Ziemi, Jan Adamczyk u Emanuel Lipartowski huma kkundannati għall-ispejjeż.