Language of document : ECLI:EU:T:2015:1001





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 – L‑Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑510/13)

“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tradutturi – Għażla tat-tieni lingwa minn fost tliet lingwi – Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità”

1.                     L-Unjoni Ewropea – Sistema lingwistika – Regolament Nru 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom – Inklużjoni fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentari speċjali (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punt 46)

2.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati – Limitazzjoni – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 50-53)

3.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Organizzazzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni u modalitajiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Limiti – Osservanza tas-sistema lingwistika stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1 (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 2; Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 57-59, 106)

4.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Distinzjoni mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 76)

5.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Ġustifikazzjoni bbażata fuq il-ħtieġa li jintgħażel numru limitat ta’ lingwi ta’ komunikazzjoni interna – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 81, 82, 87, 88, 101, 119, 143, 159)

6.                     Uffiċjali – Kompetizzjoni – Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali – Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet – Ugwaljanza fit-trattament – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 107, 108)

7.                     Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali – Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula – Assenza ta’ kontestazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punt 162)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa, rispettivament, Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena (ĠU 2013, C 199 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, EPSO/AD/261/13, EPSO/AD/262/13, EPSO/AD/263/13, EPSO/AD/264/13, EPSO/AD/265/13 u EPSO/AD/266/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa, rispettivament, Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża u Slovena, huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l‑ispejjeż tar-Repubblika Taljana.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-interventi tagħhom.