Language of document : ECLI:EU:T:2012:526





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/08)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Zokkor — Ipproċessar taċ-ċitru – Ħalib – Raba’ li jinħarat — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni ”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni jew motivazzjoni insuffiċjenti — Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni — Distinzjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 17, 90)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2) (ara l-punt 37)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Portata — Mezzi li jistgħu jilħqu l-għanijiet leġġittimi segwiti (Artikolu 5(4) TUE) (ara l-punti 39, 157)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Regoli ta’ mġiba amministrattiva ta’ portata ġenerali — Att intiż sabiex joħloq effetti esterni — Eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha — Obbligu tal-osservanza tar-regoli superjuri tal-Unjoni (ara l-punt 41)

5.                     Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Ħalib u prodotti mill-ħalib — Imposta addizzjonali fuq il-ħalib — Kontrolli mill-Istati Membri — Termini tal-kontrolli — Terminu mandatorju — Tmiem tal-kontroll — Rapport tal-kontroll disponibbli — Disponibbiltà interpretata skont l-iskop tar-rapport (Regolament tal-Kunsill Nru 3950/92, Artikolu 1; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1392/2001, Artikolu 12(2)) (ara l-punti 75, 85)

6.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 125, 126, 145)

7.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Impossibbiltà ta’ evalwazzjoni preċiża tat-telf subit mill-Unjoni — Korrezzjoni b’rata fissa — Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara l-punti 131, 132, 174)

8.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq — Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (ara l-punt 141)

9.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Introduzzjoni ta’ modulazzjoni tar-rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà skont ir-riskju maħluq għall-FAEGG mis-serjetà tan-nuqqas imputabbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova (ara l-punt 158)

10.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 184)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 186, p. 39), sa fejn hija teskludi l-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta’ EUR 174 704 912.66 ta’ infiq magħmul mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.