Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 - Grain Millers vs UASI- Grain Millers (GRAIN MILLERS) (Kawża T-429/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grain Millers, Inc. (Eden Prairie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grain Millers GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1192/2007-2; u

tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GRAIN MILLERS" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31- applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 363 8657

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-"isem kummerċjali" "GRAIN MILLERS" u l-verżjoni figurattiva tagħha

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell stma iktar milli mistħoqq il-valur tal-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tiġġustifika l-preċedenza tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark ċċitata iktar 'il fuq

____________