Language of document : ECLI:EU:T:2013:460





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑368/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Kunċett ta’ ksur — Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 — Kooperazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Assenza ta’ kapaċità kontributtiva”

1.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punti 22, 126, 127)

2.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 31-37, 45, 49, 57, 72)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Deċiżjoni li timponi multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 78-80)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Impożizzjoni tal-ammont massimu fuq impriża — Ammont iktar baxx għal parteċipanti oħra fl-akkordju — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 82-85)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 87, 88)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ konoxxenzi ta’ impriża ta’ daqs żgħir — Assenza (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 12, 13 u 29) (ara l-punti 104, 106-108)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża akkużata, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03, punt 1, u r-raba’ inċiż tal-punt 29 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 110-112)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ telf tal-impriża kkonċernata — Assenza — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali u ekonomiku partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 35) (ara l-punti 116, 120)

Suġġett

Talba bil-għan, prinċipalment, tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Rubinetteria Cisal SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.