Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-68/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-punti ta’ promozzjoni attribwiti lir-rikorrent u tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent redatt mill-Eurostat għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u l-livell ta’ prestazzjoni li ġie attribwit lilu minn dan l-istess DĠ;

tannulla l-punti ta’ promozzjoni attribwiti mill-Eurostat u mill-Awtorità tal-Ħatra;

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment prekontenzjuż fir-rigward tan-natura vessatorja u offensiva tagħha, sal-punt li tikkawża dannu morali stmat għar-remunerazzjoni ta’ 10 ijiem ta’ xogħol jiġifieri, bla ħsara, EUR 2 500, ikkalkolata abbażi ta’ parti waħda minn tletin tar-remunerazzjoni fix-xahar għal kull jum ikkumpensat;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.