Language of document : ECLI:EU:T:2008:520





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-20 ta’ Novembru 2008 – SIAE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-26)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Oneru tal-prova - Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 35, 43-47)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Inċertezza relatata mal-kumpens tad-dannu fil-kuntest ta’ eventwali rikors għad-danni (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 42)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Bidla sostanzjali u irreversibbli tal-kundizzjonijiet tas-suq - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 48-51)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.