Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tal-familja lil iben il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tal-20 ta’ Lulju 2011 li jirċievi, fir-rigward ta’ iben il-konjuġi tiegħu, allowance tal-familja kif ukoll il-benefiċċji derivati u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali;

sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.