Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2020 – Muratbey Gida vs EUIPO – M. J. Dairies (Ġobna elikali)
(Kawża T-662/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Muratbey Gida Sanayí Ve Tícaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-disinn Nru DM/080641-0002 (Triple helicoid cheese in colour yellow)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1925/2019-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba tal-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata Nru DM/080641-0002 li tindika l-Unjoni Ewropea;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002;
Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.
____________