Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Roethig López vs EUIPO – William Grant & Sons Irish Brands (AMAZONIAN GIN COMPANY)

(Kawża T-756/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AMAZONIAN GIN COMPANY – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eric Roethig López (Lluchmajor, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó u E. Felip Corrius, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: William Grant & Sons Irish Brands Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: M. Borucka, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1978/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eric Roethig López huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.