Language of document : ECLI:EU:T:2015:894





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T‑159/13 u T‑372/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Ammissibbiltà – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ notifika – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Data tal-komunikazzjoni tal-att – Komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata permezz ta’ pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Terminu li jibda jiddekorri mill-erbatax il-ġurnata wara din il-pubblikazzjoni (Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 102(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3)) (ara l-punti 37-44)

2.                     Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 52)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 54-62)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Kriterji alternattivi stabbiliti mill-atti tal-Unjoni għall-iskrizzjoni ta’ entità fil-listi ta’ persuni u entitajiet ikkonċernati mill-miżuri restrittivi – Natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni bbażata fuq wieħed biss minn dawn il-kriterji jew biss fuq uħud minnhom (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 65-76)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt għal smigħ qabel l-adozzjoni ta’ tali miżuri – Assenza – Drittijiet iggarantiti permezz tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni u mill-possibbiltà ta’ smigħ wara l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 79-82, 85-87, 90-92, 96)

6.                     Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 84(1)) (ara l-punti 103, 104)

7.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 1264/2012) (ara l-punti 107, 108)

8.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu li din il-miżura tiġi estiża għal entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità – Kwalità ta’ entità miżmuma jew ikkontrollata – Evalwazzjoni individwali ta’ kull każ mill-Kunsill – Implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/829/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d), u Nru 1264/2012) (ara l-punti 109-112, 114)

Suġġett

Fil-Kawża T‑159/13, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, fil-Kawża T‑372/14, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża għaż-żamma tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HK Intertrade Co. Ltd għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.