Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn AV, AW mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-43/20, AV u AW vs Il-Parlament

(Kawża C-773/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: AV, AW (rappreżentant: J. Martins, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi hija setess il-kawża billi tilqa t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza, inkluż li tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; jew, fin-nuqqas ta’ dan,

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti ġenerali sabiex tiddeċidiha;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

ksur tad-drittijiet tad-difiża u nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

evalwazzjonijiet ineżatti tal-fatti u żnaturament ta’ diversi provi, li wasslu sabiex il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-fatti;

żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli.

____________