Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' April 2011 - Wall vs UASI - Bluepod Media Worldwide (bluepod media)

(Kawża T-227/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wall AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bluepod Media Worldwide Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Frar 2011 fil-Każ R 301/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "bluepod media", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 38 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6099709

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5660972 għat-trade mark figurattiva "blue spot", għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 38; Reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 880800 għat-trade mark verbali "BlueSpot", għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 38; Reġistrazzjoni ta' trade mark Ġermaniża Nru 30472373 għat-trade mark verbali "BlueSpot", għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment. Għalhekk, il-kumplament tal-applikazzjoni huwa milqugħ u l-oppożizzjoni hija miċħuda parzjalment.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni.

____________