Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Ġunju 2011 - Mundipharma vs UASI - Asociación Farmaceuticos Mundi (FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI)

(Kawża T-76/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FARMA MUNDI FARMACEUTICOS MUNDI - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti mundipharma - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg/Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Asociación Farmaceuticos Mundi (Alfafar, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Diċembru 2008 (Każ R 825/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Mundipharma GmbH u Asociación Farmaceuticos Mundi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mundipharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.