Language of document : ECLI:EU:T:2010:81





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 – hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)

(Kawża T-77/09)

“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea –Trade mark verbali NATURE WATCH – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 23, 39)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1410/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali NATURE WATCH.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

hofherr communikation GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali NATURE WATCH għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 43 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru  WOO957541

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hofherr communikation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.