Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Marzu 2010 - hofherr communikation vs UASI (NATURE WATCH)

(Kawża T-77/09)1

("Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea -Trade mark verbali NATURE WATCH - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009]" )

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: hofherr communikation GmbH (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Warbek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Diċembru 2008 (Każ R 1410/2008-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali, li tindika l-Komunità Ewropea, tat-trade mark verbali NATURE WATCH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hofherr communikation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.4.2009.