Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ottubru 2008 - Helkon Media vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-122/06)

("Klawżola ta' arbitraġġ - Programm ta' inkoraġġiment għall-iżvilupp, id-disitribuzzjoni u l-promozzjoni tax-xogħolijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus) - Talba għall-ħlas ta' sussidju finanzjarju - Eżistenza ta' klawżola ta' arbitraġġ - Kumpens - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Helkon Media (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u I. Kaufmann-Bühler, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 238 KE, intiż sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni biex tħallas lir-rikorrenti somma allegatament dovuta skont il-kuntratt li jirrigwarda s-sussidju finanzjarju Komunitarju mogħti lill-proġett "Dark Blue World" (Proġett Nru 2002-4212-0103DI010006DE).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Helkon Media AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 154, 1.7.2006.