Language of document : ECLI:EU:T:2013:130

Kawża T‑588/08

Dole Food Company, Inc. u Dole Germany OHG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-banana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Kunċett ta’ prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv — Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi — Gravità tal-ksur”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013

1.      Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentazzjoni tardiva tal-provi — Kundizzjonijiet

(Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1))

2.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE)

3.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezz tal-konsum — Assenza ta’ rilevanza

(Artikolu 81(1) KE)

4.      Akkordji — Prattika miftiehma — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ rilevanza — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u l-effett — Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Kriterju mhux neċessarju — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali intenzjoni mill-Kummissjoni jew mill-qorti tal-Unjoni — Ammissibbiltà

(Artikolu 81(1) KE)

5.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet volontarji magħmula mill-parteċipanti prinċipali għal akkordju sabiex jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni — Obbligu li jiġu diskussi l-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha mqajma matul il-proċedura amministrattiva — Assenza — Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur — Indikazzjoni suffiċjenti — Komunikazzjoni sussegwenti ta’ informazzjoni iktar preċiża — Assenza ta’ effett

(Artikoli 81 KE, 82 KE u 253 KE)

7.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fid-dawl tan-natura tal-ksur — Diskussjoni bejn kompetituri tal-fatturi ta’ pprezzar u tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet qabel ma jiġu ffissati l-prezzijiet ta’ referenza tagħhom — Ksur minħabba l-għan

(Artikolu 81(1) KE)

8.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Deċiżjoni mhux identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Kundizzjoni — Prova mill-impriża kkonċernata tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ lmenti ġodda

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

9.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni — Suq suġġett għal kuntest regolatorju speċifiku u organizzat f’ċikli ta’ kull ġimgħa — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE)

10.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-ġranet u tal-frekwenza tal-komunikazzjoni — Ċirkustanzi relattivi għas-suq u għall-għan tal-ftehim — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-prattika miftiehma u l-aġir tal-impriżi fis-suq — Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ din ir-rabta

(Artikolu 81(1) KE)

11.    Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

12.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Prassi deċiżjonali preċedenti — Natura indikattiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

13.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata — Teħid inkunsiderazzjoni — Assenza ta’ obbligu

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 40-42)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-57, 60-62, 427, 541)

3.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, f’dak li jikkonċerna l-possibbiltà li prattika miftiehma titqies li għandha għan antikompetittiv anki jekk din tal-aħħar ma jkollha l-ebda rabta diretta mal-prezz tal-konsum, il-kliem tal-Artikolu 81(1) KE ma jippermettix li jitqiesu li huma pprojbiti biss il-prattiki miftiehma li għandhom effett dirett fuq il-prezz imħallas mill-konsumatur finali. Għall-kuntrarju, mill-imsemmi Artikolu 81(1)(a) KE jirriżulta li prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv jekk tkun tikkonsisti fl-iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta’ l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kundizzjonijiet oħra tan-negozju.

L-Artikolu 81 KE ifittex, bħar-regoli l-oħra tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-trattat, li jipproteġi mhux biss l-interessi diretti tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda l-istruttura tas-suq u, b’hekk, il-kompetizzjoni bħala tali. B’mod partikolari, il-fatt li prattika miftiehma ma għandhiex effett dirett fuq il-livell tal-prezzijiet ma jfixkilx milli jiġi kkonstatat li tkun illimitat il-kompetizzjoni bejn l-impriżi kkonċernati. Għalhekk, il-konstatazzjoni tal-eżistenza tal-għan antikompetittiv ta’ prattika miftiehma ma tistax tkun suġġetta għal dik ta’ rabta diretta ta’ din mal-prezz tal-konsum.

(ara l-punti 64, 65, 546)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 68-70, 412, 413, 543, 544)

5.      Il-fatt li persuna titlob li tibbenefika mill-applikazzjoni tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell bil-għan li tikseb tnaqqis fl-ammont tal-multa mhux neċessarjament joħloq inċentiv biex jiġu ppreżentati provi mhux idonei fil-konfront tal-parteċipanti l-oħra inkriminati fl-akkordju. Fil-fatt, kull tentattiv sabiex il-Kummissjoni tagħmel żball jista’ jqajjem dubji dwar is-sinċerità kif ukoll il-kompletezza tal-kooperazzjoni ta’ min qed jagħmel it-talba u, għaldaqstant, jipperikola l-possibbiltà li dan jibbenefika b’mod sħiħ mill-Komunikazzjoni dwar il-klemenza.

Il-konstatazzjoni li l-ksur finalment ikkonstatat fid-deċiżjoni kkontestata ma jikkorrispondix fil-punti kollha mal-indikazzjonijiet li jinsabu fit-talba ta’ klemenza f’dak li jikkonċerna l-għan tal-aġir li jikkostitwixxi ksur, it-tul tiegħu u n-numru ta’ impriżi kkonċernati u sanzjonati ma huwiex ta’ natura li juri li l-awtur tal-imsemmija talba u d-dikjarazzjonijiet tiegħu, li fuqhom huma parzjalment fondati l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE, huma nieqsa mill-kredibbiltà.

(ara l-punti 91, 100)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 125, 126, 133, 264, 647)

7.      Fil-qasam tal-kompetizzjoni, huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn minn naħa, il-kompetituri li jiġbru informazzjoni b’mod indipendenti jew jiddiskutu prezzijiet futuri ma’ klijenti u ma’ terzi u, min-naħa l-oħra, il-kompetituri li jiddiskutu fatturi ta’ pprezzar u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ma’ kompetituri oħra qabel ma jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ referenza tagħhom. Għalkemm l-ewwel aġir ma jqajjem l-ebda diffikultà fir-rigward ta’ eżerċizzju ta’ kompetizzjoni libera u mhux distorta, l-istess ma jgħoddx għat-tieni wieħed, li jikkontradixxi l-eżiġenza li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li għandu l-intenzjoni li jsegwi fuq is-suq komuni, peress li din l-awtonomija tipprekludi rigorożament kull tip ta’ kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi li jkollu l-għan jew l-effett jew li jinfluwenza l-aġir fuq is-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew li jikxef ma’ tali kompetitur l-aġir li jkun ġie deċiż jew li wieħed ikollu l-intenzjoni li jadotta hu stess fuq is-suq.

Anki jekk ċerta informazzjoni tista’ tinkiseb minn sorsi oħra, il-ħolqien ta’ tali sistema ta’ skambju jippermetti lill-impriżi kkonċernati jkunu jafu b’din l-informazzjoni b’mod iktar sempliċi, rapidu u dirett u li jagħmlu evalwazzjoni tagħha komuni aġġornata, u b’hekk joħolqu klima ta’ ċertezza reċiproka fir-rigward tal-politika ta’ prezz futura tagħhom.

Permezz tal-komunikazzjoni dwar l-ipprezzar minn qabel, l-impriżi kkonċernati jistgħu jikxfu l-linja ta’ kondotta li jkollhom l-intenzjoni li jadottaw jew, tal-inqas, jippermettu lil kull waħda mill-parteċipanti li tevalwa l-aġir futur ta’ kompetituri u li tantiċipa fuq il-kondotta li jkollhom l-intenzjoni li jsegwu f’dak li jikkonċerna l-prezzijiet ta’ referenza. Din il-komunikazzjoni għalhekk tista’ tnaqqas l-inċertezza rigward id-deċiżjonijiet futuri tal-kompetituri f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet ta’ referenza, fejn għalhekk l-impriżi jkunu jistgħu jikkoordinaw l-istabbiliment tal-imsemmija prezzijiet u l-messaġġ intiż għas-suq minflok ma jiddeċiedu l-politika ta’ pprezzar tagħhom b’mod kompletament indipendenti.

Ma huwiex neċessarju li skambju ta’ informazzjoni jkun il-bażi ta’ jew ikun jagħmel parti minn akkordju usa’ sabiex ikun jista’ jiġi inkriminat. Jista’ jiġi analizzat, b’mod awtonomu, bħala prattika miftiehma b’għan antikompetittiv jekk din tkun tikkonsisti fl-iffissar b’mod dirett jew anki “indirett” tal-prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew kundizzjonijiet oħra ta’ tranżazzjoni kif jipprovdi l-Artikolu 81(1)(a) KE. Issa, l-komunikazzjoni dwar ipprezzar intiża għall-koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza huma relatati għall-iffissar tal-prezzijiet. Din tat lok għal prattika miftiehma bl-għan li tillimita l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81 KE.

(ara l-punti 291, 292, 402, 403, 414, 584, 585, 653, 654)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 335, 588, 589)

9.      L-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri huwa suxxettibbli li jkun kuntrarju għar-regoli tal-kompetizzjoni meta jnaqqas jew jikkanċella l-grad ta’ inċertezza fuq il-funzjonament tas-suq inkwistjoni bil-konsegwenza li jkun hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi. Dawn ir-regoli jipprekludu kull tip ta’ kuntatt bejn l-operaturi ekonomiċi meta dawn il-kuntatti jkollhom l-għan jew l-effett li jwasslu għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni, fid-dawl tan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-importanza jew tan-numru ta’ impriżi u tal-volum tal-imsemmi suq.

Jekk l-offerta fuq suq tkun ikkonċentrata ħafna, l-iskambju ta’ ċerta informazzjoni jista’ jkun, b’mod partikolari skont it-tip ta’ informazzjoni skambjata, ta’ natura li jippermetti lill-impriżi jkunu jafu l-pożizzjoni u l-istrateġija kummerċjali tal-kompetituri tagħhom fuq is-suq, fejn b’hekk tneħħi r-rivalità fuq dan is-suq u żżid il-probabbiltà ta’ kollużjoni, anzi tiffaċilitaha. Min-naħa l-oħra, jekk l-offerta tkun imnaqqsa, ix-xandir u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri jista’ jkun newtrali jew anki pożittiv, għan-natura kompetittiva tas-suq. Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni anki meta s-suq inkwistjoni ma huwiex suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna.

Qsim regolari u viċin ta’ informazzjoni li għandu l-effett li jżid, b’mod artifiċjali, it-trasparenza fuq is-suq fejn il-kompetizzjoni kienet diġà mnaqqsa fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv speċifiku u ta’ skambju ta’ informazzjoni preliminari, b’mod partikolari fuq suq organizzat f’ċikli ta’ kull ġimgħa, jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

(ara l-punti 339-341, 405, 545)

10.    Fil-qasam tal-kompetizzjoni, ir-rigward tal-kundizzjonijiet fejn ftehim illegali jista’ jiġi kkaratterizzat fid-dawl tal-kwistjoni tan-numru u tar-regolarità tal-kuntatti bejn il-kompetituri, huma kemm l-għan tal-ftehim kif ukoll iċ-ċirkustanzi proprji tas-suq li jispjegaw il-frekwenza, l-intervalli u l-mod kif il-kompetituri jidħlu f’kuntatt wieħed mal-ieħor sabiex jikkonċentraw l-aġir tagħhom fuq is-suq. Jekk l-impriżi kkonċernati jistabbilixxu akkordju b’sistema kumplessa ta’ ftehim fuq numru kbir ta’ aspetti tal-aġir tagħhom fis-suq, huma jista’ jkollhom bżonn ta’ kuntatti regolari fuq perijodu twil. Min-naħa l-oħra, jekk il-prattika miftiehma hija speċifika u intiża sabiex tarmonizza biss l-aġir fis-suq fir-rigward ta’ parametru iżolat tal-kompetizzjoni, kuntatt ta’ darba jista’ jkun biżżejjed sabiex l-għan antikompetittiv imfittex mill-impriżi kkonċernati jintlaħaq.

Dak li huwa importanti ma huwiex in-numru ta’ laqgħat bejn l-impriżi kkonċernati iżda l-kwistjoni dwar jekk il-kuntatt jew kuntatti li seħħ jew seħħew offrewx lil dawn tal-aħħar il-possibbiltà li jikkunsidraw l-informazzjoni skambjata mal-kompetituri tagħhom sabiex jiddeterminaw l-aġir tagħhom fis-suq inkwistjoni u biex jissostitwixxu intenzjonalment kooperazzjoni prattika bejniethom għad-dannu tal-kompetizzjoni. Ladarba jista’ jiġi stabbilit li dawn l-impriżi waslu għal prattika miftiehma u baqgħu attivi fuq dan is-suq, huwa ġġustifikat li jkun hemm l-eżiġenza li dawn jipproduċu l-prova li dan il-ftehim ma kellux influwenza fuq l-aġir tagħhom fuq l-imsemmi suq.

L-eżistenza ta’ komunikazzjoni waħda dwar ipprezzar minn qabel bejn il-kompetituri ma huwiex biżżejjed sabiex jikkaratterizza aġir kollużorju. Madankollu, ma tistax, għall-kuntrarju, tiġi mitluba mill-Kummissjoni l-prova tal-eżistenza ta’ komunikazzjoni ta’ kull ġimgħa dwar ipprezzar minn qabel matul il-perijodu ta’ ksur kollu. Peress li l-prova tar-realtà ta’ ċertu numru ta’ skambji pjuttost koerenti, li jippermettu li tiġi kkaratterizzata sistema ta’ ċirkulazzjoni tal-informazzjoni, huwa biżżejjed sabiex jikkaratterizza aġir kollużorju.

(ara l-punti 368, 369, 373, 400)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 461-464)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 660, 662)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 673)