Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Novembru 2023 – B vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-656/23, Karaman 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 (Direttiva dwar il-proċeduri) huwa rilevanti sabiex tingħata tweġiba għall-mistoqsija dwar f’liema data effettiva għandu jitqies li ngħata permess ta’ residenza?

Fl-affermattiv, l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-proċeduri għandu jiġi interpretat fis-sens li dak li jiddetermina d-data effettiva tal-permess ta’ residenza huwa d-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali:

–    kienet ġiet ippreżentata (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar il-proċeduri); jew

kienet ġiet irreġistrata (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva dwar il-proċeduri); jew

kienet ġiet imressqa (formalment) (l-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Direttiva dwar il-proċeduri)?

Meta fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni ma tiġix stabbilita d-data effettiva tal-permess ta’ residenza, kif jista’ dan jiġi kkonċiljat mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija 1 moqri flimkien mal-premessa 21, meta tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura dikjaratorja tal-istatus ta’ refuġjat li huwa previst fihom?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2013, L 180, p. 60.

1     ĠU 2011, L 337, p. 9.