Language of document : ECLI:EU:T:2021:571


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) tal15 ta’ Settembru 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – LeVel Brands (LeVel)

(Kawża T331/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Le-Vel – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LEVEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 15, 16)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 18, 19)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali Le-Vel u LEVEL

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 25, 35, 45, 51, 58, 63)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

5.      (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 30)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Legalità – Eżami mill-qorti tal-Unjoni – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

(ara l-punti 49, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑20 ta’ Marzu 2020 (Każ R 2113/2019‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u Le-Vel Brands.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.