Language of document : ECLI:EU:T:2021:589


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tal-15 ta’ Settembru 2021 – Beelow vs EUIPO (made of wood)

(Kawża T702/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali made of wood – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punt 14)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali made of wood

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 26, 27, 30, 31, 35, 47, 51, 53)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punti 29, 37, 38, 50, 52)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(c))

(ara l-punt 36)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trikkib bejn il-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament 2017/1001

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 7(1)(b) u (c))

(ara l-punti 60, 61)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 (Każ R 108/2020-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali made of wood bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Timo Beelow huwa kkundannat għall-ispejjeż.