Language of document : ECLI:EU:T:2021:590


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (IlĦames Awla) tal15 ta’ Settembru 2021 –
Arnaoutakis et vs IlParlament

(Kawżi T240/20 sa T245/20)

“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Bidla fl-iskema tal-pensjoni komplementari volontarja – Rifjut ta’ għoti ta’ pensjoni komplementari volontarja – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Kompetenza tal-Bureau tal-Parlament – Drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali”

1.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Kompetenza tal-Bureau tal-Parlament sabiex jadotta l-imsemmija deċiżjoni

(Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 76; Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 25(3); Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Anness VII)

(ara l-punti 35 sa 40)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Att ta’ natura regolamentari u ta’ portata ġenerali – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni li tindika sempliċement s-sitwazzjoni globali li wasslet għall-adozzjoni tal-att u l-għanijiet ġenerali mfittxija minnu – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mid-destinatarji

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 46 sa 50)

3.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Drittijiet miksuba jew fil-proċess li jkunu miksuba – Ksur – Assenza

(Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684, Artikolu 27; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 76(2); Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, Artikolu 25)

(ara l-punti 58 sa 63, 66 sa 75)

4.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ksur – Assenza

(ara l-punti 80, 81)

5.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Żieda fl-età tal-irtirar – Stabbiliment ta’ imposta speċjali fuq il-pensjonijiet tal-Membri affiljati mal-iskema tal-pensjoni komplementari – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Ksur – Assenza

(ara l-punti 86 sa 95)

6.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Ksur – Assenza

(Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684; Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Anness VII)

(ara l-punti 100 sa 108)

7.      Parlament Ewropew – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri – Skema tal-pensjoni komplementari volontarja – Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew li temenda l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri dwar ċerti kundizzjonijiet tal-iskema tal-pensjoni komplementari – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Ksur – Assenza

(ara l-punti 112 sa 117, 119 sa 124)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti, minħabba li ma laħqux l-età meħtieġa ta’ 65 sena, sabiex jingħataw dritt għal pensjoni komplementari volontarja, skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal‑10 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU 2018, C 466, p. 8).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑240/20 sa T‑245/20 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Stavros Arnaoutakis u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.