Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2014 – Merck vs UASI – Nestlé (HEALTHPRESSO)

(Kawża T-747/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KGaA (Darmstadt, il-Germanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société de Produits Nestlé SA (Vevey, l- Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Rikorrenti: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “HEALTHPRESSO” – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 003 028.

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1880/2013-1.Talbiet tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Bord tal-Appell laqa’ l-oppożizzjoni u ċaħad l-apaplikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal prodotti fil-klassi 90;tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1 191 607;tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.