Language of document : ECLI:EU:T:2016:290





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Ivo‑Kermartin vs EUIPO – Ergo Versicherungsgruppe (ELGO)

(Kawża T‑750/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ELGO – Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea ERGO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Limitazzjonijiet suċċessivi tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ – Regola 69 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 34-36)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti u s-servizzi wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1)) (ara l-punti 42, 43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 473/2014‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ergo Versicherungsgruppe AG u Ivo-Kermartin GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ivo Kermartin GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).