Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Merck vs EUIPO – Société des produits Nestlé (HEALTHPRESSO)

(Kawża T-747/14)1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea Proċedura ta’ oppożizzjoni Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Merck KgaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1880/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des Produits Nestlé SA u Merck KGaA.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li dan ir-rikors jiġi deċiż.

Merck KGaA u Société des Produits Nestlé SA huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 426, 22.12.2014