Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Lulju 2010 - Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

(Kawża T-212/10)1

("Rikors għal annullament - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Strålfors AB (Malmö, l-Isveżja) (rappreżentant: M. S. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Jannar 2010 (Każ R 1112/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Strålfors AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.