Language of document : ECLI:EU:T:2010:288





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – Il-Kummissjoni vs Antiche Terre

(Kawża T-51/09)

“Klawżola ta’ arbitraġġ − Programm għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ enerġija għal Ewropa (Thermie) − Kuntratt għall-proġett ta’ kostruzzjoni f’Umbertide (l-Italja) ta’ impjant tal-ġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika permezz ta’ teknoloġija ġdida ta’ ħruq tal-bijomassa agroforestali − Tibdil sostanzjanali tal-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt − Xoljiment − Rimbors tas-somom imħallsa − Interessi”

Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE) (ara l-punti 46, 50-60, 79-82, 85)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Antiche Terre tiġi kkundannata għar-rimbors tas-somom imħallsa mill-Komunità Ewropea b’implementazzjoni tal-kuntratt BM/188/96, tat-23 ta’ Diċembru 1996, konkluż ma’ tliet kumpanniji, fosthom Antiche Terre, fil-kuntest tal-programm Thermie.

Dispożittiv

1)

Antiche Terre Soc. coop. rl Soċietà Agricola Cooperativa hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 479 332.40, miżjuda bl-interessi skont ir-rata legali Taljana, ikkalkolati skont ir-rati fis-seħħ mill-4 ta’ Jannar 2004 u sal-jum tal-ħlas kollu tad-dejn, wara tnaqqqis tas-somma ta’ EUR 461 979 irkuprata mill-Kummissjoni wara l-ħlas, fil-25 ta’ Jannar 2005 lilha, tal-garanzija bankarja li l-Kummissjoni kienet il-benefiċjarja tagħha.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Antiche Terre hija kkundannata għall-ispejjeż.