Language of document : ECLI:EU:T:2015:988





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑48/11)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti (Artikoli 263 u 296 TFUE) (ara l-punt 29)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Ċarezza u preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikoli 2 u 23(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 32-36)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Identifikazzjoni tal-ksur issanzjonat – Identifikazzjoni tal-persuni li jkunu suġġetti għad-deċiżjoni – Prijorità tad-dispożittiv meta mqabbel mal-motivazzjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punt 37)

4.                     Akkordji – Projbizzjoni – Effett dirett – Dritt tal-individwi li jitolbu kumpens għad-dannu mġarrab – Modalitajiet ta’ eżerċizzju – Ksur li jkun suġġett għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Natura vinkolanti tad-deċiżjoni għall-qrati nazzjonali – Portata – Importanza ta’ ċarezza u preċiżjoni tad-dispożittiv tad-deċiżjoni (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikoli 2 u 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 38-44)

5.                     Akkordji – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Impriżi li jistgħu jinstabu fi ksur li jikkonsisti fil-parteċipazzjoni f’akkordju globali – Kriterji – Għan uniku u pjan globali (Artikolu 101(1) TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 58, 63)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur u li timponi multa – Kontradizzjonijiet interni fid-deċiżjoni – Konsegwenzi – Annullament – Kundizzjonijiet – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża ssanzjonata – Impossibbiltà għall-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 61, 77-79, 85, 86)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikoli 101(1) u 296 TFUE; Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE; Artikolu 8 tal-Ftehim KE‑Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru; Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 83, 84)

8.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Projbizzjoni ta’ deċiżjoni ultra petita (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 88)

9.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Stabbiliment tal-għan tat-talba –Tibdil fit-talbiet inizjali matul il-kawża – Kundizzjonijiet (Artikolu 263 TFUE; Artikoli 44(2) u 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991)) (ara l-punti 90, 91)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn fiha l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa, qieset li British Airways plc, l-ewwel nett, kienet ipparteċipat fir-rifjut ta’ ħlas tal-kummissjonijiet, it-tieni nett, kienet wettqet ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru bejn it-22 ta’ Jannar 2001 u l-1 ta’ Ottubru 2001 u, it-tielet nett, kienet ipparteċipat fi ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru minn Ħong Kong (iċ-Ċina), mill-Ġappun, mill-Indja, mit-Tajlandja, minn Singapor, mill-Korea t’Isfel u mill-Brażil u, min-naħa l-oħra, timponi fuqha multa.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn British Airways.