Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' April 2010 - UniCredito Italiano vs UASI - Union Investment Privatfonds (UNIWEB)

(Kawżi T-303/06 u T-337/06) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali UNIWEB u UniCredit Wealth Management - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti UNIFONDS u UNIRAK u t-trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti UNIZINS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)( b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: UniCredito Italiano SpA (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, R. Floridia u F. Polettini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Union Investment Privatfonds GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Zindel, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 196/2005-2 u R 211/2005-2) u tal-25 ta' Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 456/2005-2 u R 502/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Union Investment Privatfonds GmbH u UniCredito Italiano SpA.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-303/06 u T-337/06 huma magħquda għall-finijiet ta' din is-sentenza.

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta' Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 196/2005-2 u R 211/2005-2), hija annullata sa fejn tiċħad ir-rikors ta' UniCredito Italiano SpA fil-Każ R 211/2005-2 billi tilqa' l-oppożizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni UNIWEB, f'dak li jirrigwarda "affarijiet bankarji, affarijiet finanzjarji, affarijiet monetarji, assigurazzjonijiet, informazzjoni u pariri fil-qasam tal-finanzi u tal-assigurazzjonijiet, servizzi ta' karti ta' kreditu/debitu, servizzi bankarji u finanzjarji bl-internet", li jaqgħu taħt il-klassi 36.

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Settembru 2006 (Każijiet magħquda R 456/2005-2 u R 502/2005-2), hija annullata sa fejn tiċħad ir-rikors ta' UniCredito Italiano SpA fil-Każ R 456/2005-2 billi tilqa' l-oppożizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni UniCredit Wealth Management, f'dak li jirrigwarda "affarijiet bankarji, affarijiet finanzjarji, affarijiet monetarji, assigurazzjonijiet u informazzjoni finanzjarja", li jaqgħu taħt il-klassi 36.

L-applikazzjonijiet ta' Union Investment Privatfonds GmbH huma miċħuda.

Kull parti għandi tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 326, 30.12.2006.