Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Pucci International vs UASI - El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T-357/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b'mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Emilio Pucci International BV u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2) hija annullata sa fejn tikkonċerna, fl-ewwel lok, il-prova tal-użu tan-nuċċalijiet li jinsabu fi klassi 9 u, fit-tieni lok, l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 għan-nuċċalijiet li jinsabu fil-klassi 9, għall-ġojjellerija, għall-ġojjelli artifiċjali u għall-arloġġi li jinsabu fil-klassi 14 u għall-karta tat-tojlit li tinsab fil-klassi 16.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Emilio Pucci International BV hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż. L-UASI u El Corte Inglés, SA huma kkundannati għal żewġ terzi tal-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.