Language of document : ECLI:EU:T:2010:483





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2010 – United Phosphorus vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑95/09 R III)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Deċiżjoni li tirrigwarda n-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 – Estensjoni ta’ miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Talba għal estensjoni oħra ta’ miżura ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 - Żamma taċ-ċirkustanzi li ġġustifikaw l-għoti tal-miżura - Tul tal-estensjoni - Limiti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 15-20)

Suġġett

Talba għall-estensjoni tal-miżura ta’ sospensioni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-noninklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 326, p. 35).

Dispożittiv

1)

Il-miżura ta’ sospensjoni ta’ eżekuzzjoni maħruġa fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-28 ta’ April 2009, United Phosphorus vs Il-Kummissjoni (T-95/09 R, li mhux ippubblikat fil-Ġabra) hija estiża sal-31 ta’ Diċembru 2011, iżda mhux iktar tard mill-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali jekk din issir qabel din id-data.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.