Language of document : ECLI:EU:T:2009:124





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ April 2009 – United Phosphorus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tan-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni Juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17-19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali - Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Direttiva tal-Kunsill 91/414; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902) (ara l-punti 21, 30, 31)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32-35, 67-71)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju li jista’ jwassal għal kumpens finanzjarju ulterjuri (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 73-82)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Prevalenza tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fuq il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 83-88)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Modifika jew revoka (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 108) (ara l-punti 89, 90)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji - Għoti ta’ ordnijiet bil-għan li jiġu evitati lakuni fil-protezzjoni ġuridika li tirriżulta minn deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni (Artikolu 243 KE) (ara l-punti 91, 92)

Suġġett

Minn naħa, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 326, p. 35), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, talba għal miżuri provviżorji.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/902/KE, tas-7 ta’ Novembru 2008, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-napropamide fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza hija sospiża sas-7 ta’ Mejju 2010 – iżda l-iktar tard sal-jum tal-għoti tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali.

2)

L-imsemmija sospensjoni hija suġġetta għall-kundizzjoni li United Phosphorus Ltd u l-Kummissjoni jippreżentaw, mhux iktar tard mill-15 ta’ Marzu 2010, fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim’Istanza, osservazzjonijiet fuq l-evoluzzjoni tal-proċedura mħaffa mibdija, fir-rigward tan-napropamide, bis-saħħa tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, tas-17 ta’ Jannar 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-evalwazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I.

3)

Il-Kummissjoni hija ordnata tieħu, fuq talba eventwali ta’ United Phosphorus, il-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat l-effett sħiħ tad-digriet preżenti fir-rigward tal-Istati Membri li jkunu diġà, qabel is-7 ta’ Mejju 2009, annullaw, irtiraw jew irrifjutaw, b’applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/902, awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom in-napropamide.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.