Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Ottubru 2010 - Strategi Group vs UASI RBI (STRATEGI)

(Kawża T-92/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STRATEGI - Trade mark verbali preċedenti Stratégies - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Strategi Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Saunders, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Reed Business Information (RBI) (Issy-Les-Moulineaux, Franza) (rappreżentant: A. Messas, avocat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Diċembru 2008 (Każ R 1581/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Reed Business Information (RBI) u Strategi Group Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Strategi Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 16.05.2009