Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Lulju 2011 - Lyder Enterprises vs CPVO  Liner Plants NZ (1993) (Southern Splendour)

(Kawża T-367/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lyder Enterprises Ltd (Auckland, New Zealand) (rappreżentanti: G. Pickering, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċju Komunitarju ta' Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Liner Plants NZ (1993) Ltd (Waitakere, New Zealand)

Talbiet

tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċju Komunitarju ta' Varjetajiet tal-Pjanti, tat-18 ta' Frar 2011, fil-Kawża A007/2010; u

tissospendi l-proċeduri sakemm tingħata s-sentenza finali mill-High Court ta' New Zealand fil-Kawża Nru CIV:2001:404:2969.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: ir-rikorrenti

Dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti kkonċernat: Southern Splendor - applikazzjoni għal dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti Nru 2006/1888

Opponenti għall-applikazzjoni għat-talba għad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Raġunijiet għall-oġġezzjoni: l-oġġezzjoni saret abbażi tal-allegazzjoni li r-rikorrenti ma kinitx il-persuna li kabbret, jew li skopriet u żviluppat il-varjetà, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu

Deċiżjoni tal-Kumitat tas-CPVO: Applikazzjoni Nru 2006/1888 għall-varjetà "Southern Splendour" rifjutata (Deċiżjoni Nru R972)

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tar-regola ta' audi alteram partes, nuqqas ta' kompetenza, nuqqas li jinftiehmu r-regoli fundamentali tal-ġustizzja naturali u ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda li l-provi li jinsabu fl-ittri tar-rikorrenti ma kinux aċċettabbli peress li ma kinux fil-format ta' affidavit.

____________