Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Longevity Health Products vs UASI – Weleda Trademark (MENOCHRON)

(Kawża T-473/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MENOCHRON – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MENODORON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weleda Trademark AG (Arlesheim, l-Isvizzera) (rappreżentant: W. Haring, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2010 (Każ R 2345/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weleda Trademark AG u Longevity Health Products, Inc.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.