Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 minn Turk Hava Yollari AO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-382/19 – Turk Hava Yollari vs EUIPO - Sky (skylife)

(Kawża C-185/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Turk Hava Yollari AO (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Sky Ltd

B’digriet tad-29 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx permess u li Turk Hava Yollari AO kellha tħallas l-ispejjeż tagħha stess.

____________