Language of document : ECLI:EU:F:2014:220

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

18 ta’ Settembru 2014

Kawża F‑118/13

Giorgio Lebedef

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Kwistjonijiet proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat abbażi tal-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu G. Lebedef jitlob l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu stabbilit għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u l-31 ta’ Diċembru 2002 u, sussidjarjament, l-annullament tal-punti ta’ mertu li ġew attribwiti lilu għall-proċedura ta’ promozzjoni tal-2003.

Décision : Ir-rikors ġie miċħud bħala manifestament inammissibbli. G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkunanndat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Sommaire

Rikors mill-uffiċjali – Interess ġuridiku – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors għal annullament ta’ rapport ta’ żvilupp tal-karriera ppreżentata minn uffiċjal li rtira b’mod mhux volontarju qabel il-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90 u 91)

Kull rikorrent, sabiex ikun jista’ validament jippreżenta rikors skont l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jiġġustifika interess personali, reali u attwali, fl-annullament tal-att ikkontestat, fejn tali interess għandu jiġi evalwat fil-mument tal-preżentata tar-rikors u dan għandu jippredura sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja, u dan sabiex ma jiġix deċiż li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni.

Fir-rigward tal-interess ġuridku fir-rigward ta’ rapport ta’ evalwazzjoni, għalkemm huwa veru li dan għandu rwol importanti fl-iżvilupp tal-karriera tal-uffiċjal jew tal-aġent, dan, fil-prinċipju jaffettwa biss l-interess tal-persuna evalwata sat-tmiem definittiv tal-funzjonijiet tagħha, b’tali mod li, wara dan it-tmiem definittiv, l-uffiċjal jew l-aġent ikkonċernat ma huwiex, fil-prinċipju, iktar ammess li jippreżenta rikors, ħlief sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ċirkustanza partikolari li tiġġustifika interess personali u attwali fl-annullament tar-rapport inkwistjoni.

(ara l-punti 17 u 19)

Referenza:

Qorti tal-Ġustizzja: sentenza Marenco et vs Il-Kummissjoni, 81/74 sa 88/74, EU:C:1975:139, punt 6

Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: sentenza Turner vs Il-Kummissjoni, T‑49/91, EU:T:1992:72, punt 24 ; digrieti N vs Il-Kummissjoni, T‑97/94, EU:T:1998:270, punt 26, ikkonfermata espressament fl-appell bid-digriet N vs Il-Kummissjoni, C‑21/99 P, EU:C:1999:508, punt 24 ; Ross vs Il-Kummissjoni, T‑147/04, EU:T:2005:255, punti 24, 25 u 27, u Attey et vs Il-Kunsill, T‑118/11, T‑123/11 u T‑124/11, EU:T:2012:270, punt 28

Tribunal għas-Servizz Pubbliku: Solberg vs OEDT, F‑148/12, EU:F:2013:154, punti 16 u 18