Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Ottubru 2011 - Nycomed vs UASI - Bayer Consumer Care (ALEVIAN DUO)

(Kawża T-561/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bayer Consumer Care AG (Basel, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1953/2010-1, u tiċħad l-oppożizzjoni; u

tikkundanna lill-parti li qed topponi għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kif ukoll fil-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALEVIAN DUO" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6303201

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 786863 tat-trade mark verbali "ALEVE", għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________