Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Novembru 2021 – YV vs Stadtverkehr Lindau (B) GmbH
(Kawża C-685/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: YV
Konvenut: Stadterkehr Lindau (B) GmbH
Domanda preliminari
Assiguratur fis-sens tal-Artikolu 11(1) u tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 huwa wkoll kumpannija li, għalkemm ma hijiex kumpannija tal-assigurazzjoni, tkun madankollu responsabbli, permezz ta’ deroga mill-assigurazzjoni obbligatorja fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà 2 , bħala “kważi-assiguratur” taħt id-dritt applikabbli, fir-rigward tal-vetturi bil-mutur fil-pussess tagħha, daqslikieku kienet assiguratur skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-assigurazzjoni?
____________
1 ĠU 2012 L 351, p. 1.
1 ĠU 2009 L 263, p. 11