Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta' Settembru 2010 - Gudrun Schulz vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-36/05) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fl-iskala - Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni minħabba l-età - Remunerazzjoni ugwali għal xogħol ta' valur ugwali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Dmir ta' premura"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gudrun Schulz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, sussegwentement minn S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika lir-rikorrenti, imniżżla f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta' dawn (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 193, 06/08/2005, p. 36. (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-207/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).