Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Settembru 20110 - L-Italja vs Il-Kummissjoni
("FEŻR - Tnaqqis ta'għajnuna finanzjarja - Irtirar tan-nota ta' debitu kkontestata - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tan-nota ta' debitu Nru 3241001630, tas-26 ta' Frar 2010, relatata mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10350, tat-22 ta' Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija b'eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta' Awwissu 2000 li tapprova l-programm operattiv POR Puglia għall-perijodu 2000-2006, skont l-għan Nru 1.
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 195, 17.7.2010.