Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Tolnatext Bt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-636/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tolnatext Bt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22(6) u 29 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-proċeduri mwettqa mill-awtorità doganali, li taġixxi bħala awtorità mhux ġudizzjarja, din l-awtorità għandha tiggarantixxi d-dritt għal smigħ kemm fil-każ tal-proċeduri mibdija ex officio kif ukoll f’dawk mibdija fuq talba?

____________

1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.