Language of document : ECLI:EU:T:2011:125





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2011 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni et

(Kawża T-15/10)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rikors parzjalment ippreżentat quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni – Rikors parzjalment inammissibbli – Nuqqas ta’ rabta kawżali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt – Artikoli 111 u 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”

1.                     Proċedura - Rikors ta’ persuna fiżika jew ġuridika kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn jew intiż sabiex jikkontesta deċiżjonijiet ta’ qrati nazzjonali jew l-aġir ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni (Artikoli 256 TFUE, 268 TFUE u 340(2) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51 u Artikolu 1 tal-Anness I) (ara l-punti 37-41)

2.                     Proċedura - Rikors intiż sabiex tinkiseb l-adozzjoni ta’ pożizzjoni mill-Qorti Ġenerali permezz ta’ dikjarazzjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256 TFUE) (ara l-punti 42, 43)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 340(2) TFUE) (ara l-punti 44, 45)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Kunċett - Aġir tar-rikorrent li jikkostitwixxi l-kawża tad-dannu allegat - Aġir ilmentat mhux imputabbli lill-istituzzjoni konvenuta - Nuqqas ta’ rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt (Artikolu 340(2) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111) (ara l-punti 52-58, 65, 66)

5.                     Proċedura - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikorsi - Talbiet intiżi sabiex tinkiseb id-dikjarazzjoni tan-natura eżekuttiva tas-sentenza li għandha tingħata mill-Qorti Ġenerali - Rikors mingħajr skop - Inammissibbiltà (Artikoli 280 TFUE u 299 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 60) (ara l-punti 75, 76)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kumpens għad-dannu materjali allegatament subit mir-rikorrent minħabba l-impossibbiltà li jipproċedi għall-irkupru ta’ dejn u għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent minħabba t-tressiq ta’ proċeduri kriminali kontrih fil-Belġju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala ppreżentat quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu sa fejn dan huwa intiż kontra AT, AU, AV u AW.

2)

Il-kap tat-talbiet ta’ Mariyus Noko Ngele intiż li l-Qorti Ġenerali taqta’ u tiddeċiedi li ċ-Centre pour le développement des entreprises (CDE) qatt ma ssostitwixxa ċ-Centre pour le développement industriel (CDI) u li ċ-CDE ma għandux eżistenza legali u personalità ġuridika fil-Belġju huwa miċħud bħala mressaq quddiem qorti li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu.

3)

It-talba ta’ Noko Ngele intiża li l-Qorti Ġenerali tordna l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza hija miċħuda bħala inammissibbli.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

5)

Noko Ngele huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.