Language of document : ECLI:EU:T:2010:218





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2010 – Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba marbuta ma’ rikors għad-danni u intiża kontra ex membru u uffiċjali tal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali (Artikoli 256 TFUE, 268 TFUE, 279 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 14)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punt 16)

Suġġett

Essenzjalment, talba intiża sabiex tiġi ddikjarata l‑illegalità tal‑attività tas‑Centre pour le développement de l’entreprise (CDE) fil‑Belġju, sabiex il‑Kummissjoni u l‑aġenti tagħha jiġu pprojbiti milli jkollhom relazzjonijiet finanzjarji maċ‑CDE jew li jirrikonoxxu l‑legalità taċ‑CDE u sabiex il‑Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma lir‑rikorrent fil‑każ li l‑Kummissjoni tirrikonoxxi din il‑legalità.

Dispożittiv

1)

It‑talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L‑ispejjeż huma rriżervati.